Filmat: 10% tat-€800 li qed jagħti l-Gvern għall-bolla

Read in English.

10% tat-€800 li qed jagħti l-Gvern bħala parti mill-miżuri għal dawk li tilfu xogħolhom jew jinsabu f’riskju li jitilfu xogħolhom trid tmur sabiex titħallas il-bolla. Dan qalu s-Segretarju Permanenti tal-Minister għall-Familja Mark Musu. Hu kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar il-miżuri ta’ sapport soċjali fid-dawl ta’ COVID-19 flimkien mal-Ministru Michael Falzon.

Is-Segretarju Permanenti Mark Musu tkellem dwar il-miżuri li tħaddmu s’issa minn meta l-Prim Ministru Robert Abela fit-18 ta’ Marzu dwar l-ewwel pakkett t’għajnuna. Hu semma kif persuni li jkunu twaqqfu mix-xogħol, il-miżuri li jkunu japplikaw għall-impjegati jitħaddmu mill-Malta Enterprise, imbagħad dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ persuni li spiċċaw qiegħda, jitħaddmu mill-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali.

Hu semma wkoll il-benefiċċji li tħabbru fil-25 ta’ Marzu. Dawn jinkludu:

Musu semma li wara l-miżuri ġodda tat-28 ta’ Marzu fejn persuni b’kundizzjonijiet mediċi u persuni li għandhom aktar minn 65 sena, il-Ministeru ġie mħejji jaħdem fuq benefiċċju għal dawk il-ħaddiema li minkejja li għadhom żgħar mhux se jkunu jistgħu jkomplu jagħmlu xogħolhom mid-dar.

Hu tkellem dwar kif progressa x-xogħol wara dawn il-miżuri:

Il-pagamenti bdew mill-1 ta’ April. Qal li dawn bdew isiru sitt ijiem biss wara li tħabbru. Qal li fi ftit jiem, il-ħaddiema tal-Ministeru rnexxielhom ivaraw erba’ skemi.

Sa issa kienu identifikati 4 benefiċċji ta’ dan it-tip li jinkludu:

  • Benefiċċju għall-Ġenitur – COPB (ġenituri li jkollhom jibqgħu d-dar biex jieħdu ħsieb lil uliedhom u li ma jistgħux jaħdmu mid-dar)
  • Benefiċċju għall-Persuna b’Diżabilità – CODB (persuni b’diżabilità li jkollhom jibqgħu d-dar minħabba l-vulnerabbiltà tagħhom u li ma jistgħux jaħdmu mid-dar)
  • Benefiċċju Addizzjonali għal Diżimpjieg – COUB (benefiċċju addizzjonali għal min ikun tilef l-impjieg minbarra l-benefiċċju normali tal-qgħad)
  • Miżuri ġodda biex anzjani ta’ ’l fuq minn 65 sena u persuni oħra b’kundizzjonijiet mediċi meqjusa ta’ riskju jibqgħu d-dar, filwaqt li ħaddiema fis-settur privat b’kundizzjonijiet mediċi meqjusa ta’ riskju u li jkollhom jibqgħu d-dar minħabba l-vulnerabbiltà tagħhom u ma jistgħux jaħdmu mid-dar

Issa mil-lum:

Musu tkellem li dawk kolla li qed jibbenefiċċjaw mill-għajnuna soċjali ħierġa mill-Ministeru għall-Familja huwa l-istess li ħabbar il-Gvern, jiġifieri €800. Minn dawn tonqos 10% biex titħallas il-bolla. Intant, Musu semma li wieħed li jibda jirċievi din l-għajnuna soċjali, ma jfissirx li se jitilfu jew jinbidlulhom ir-rati ta’ ċerti benefiċċji bħal children’s allowance.

Musu qal li s’issa it-talbiet relatati mall-benefiċċju ta’ diżimpjieg huwa wieħed baxx. Qal li dan ifisser li l-miżuri li tħabbru s’issa qed jaħdmu b’mod effiċjenti sabiex isalvaw l-impjiegi. Qal li diġànħadmu nofs it-talbiet kollha li daħlu.

Musu qal li sa nhar it-Tnejn se jkunu tħallsu aktar minn 2,000 applikant u bejniethom se jkunu qed jirċievu aktar minn €1.1 miljun. Qal li l-pagamenti lill-benefiċċjarji jsiru kull ġimgħa. Qal li dawk li għadhom ma nħadmux l-applikazzjonijiet tagħhom, se jitħallsu bl-arretrati.

Il-Ministru Falzon qal li l-Ministeru taħt il-kappa tiegħu jaqgħu il-vulnerabbli fost il-vulnerabbli, persuni anzjani, b’diżabilità u dawk li qed jirriabilitaw mid-droga. Tkellem ukoll fuq San Vinċenz de Paule fejn sostna li ma kien hemm l-ebda każ pożittiv li ġie minn xi naħa ta’ resident sal-11am ta’ dalgħodu. Qal li kull fejn huwa involut il-Ministeru ma kienx hemm każi ta’ anzjani morda bil-coronavirus fejn jidħlu r-residenzi li huwa involut fihom.

Il-Ministru Farrugia ħabbar li l-ħaddiema tal-Appoġġ ħadu inizjattivi bħall-1772 li qed ikollu ħafna konkorrenza. Dan huwa servizz fejn wieħed iċempel minħabba solitudni. Hu ħabbar li fix-xahar ta’ April se jitqassam l-istate funded food distribution li se jiżdied. Qal li mal-20,000 persuna s’issa jingħataw din l-għajnuna. Dan se jitqassam min-nies tal-Appoġġ stess.

Fil-kuntest li ħafna pajjiżi madwar id-dinja qed jirreġistraw żieda qawwija f’każi ta’ vjolenza domestika kemm ilha li bdiet il-pandemija tal-Covid-19, il-Ministru Falzon qal li bħalissa f’Malta għadhom qed jitħaddmu l-linja ta’ 179 u 153 għal dawk kollha li jaf jgħaddu minn vjolenza domestika u jkollhom bżonn l-għajnuna. Minkejja dan hu insista li ma jidhirlux li f’Malta, ir-rata ta’ vjolenza domestika baqgħet tiżdied f’dan iż-żmien. Qal li bħala Ministeru għandhom diversi arranġamenti ma’ NGOs oħrajn, fosthom tal-knisja li jagħtu servizzi lil dawn il-persuni. Hu qal dan waqt li kien qed iwieġeb mistoqsija ta’ Newsbook.com.mt.