Nightclubs, discos, bars jingħalqu minn nhar l-Erbgħa

Deputy Prime Minister and Minister for Health Chris Fearne and The Superintendent of Public Health address a press conference

Deputy Prime Minister and Minister for Health Chris Fearne and The Superintendent of Public Health address a press conference

Posted by saħħa on Monday, August 17, 2020

Read in English.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne dalgħodu indirizza konferenza tal-aħbarijiet flimkien mas-Supretendent għas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci.

Xi spikka?

  • Se jingħalqu nightclubs, boat parties, discos, bars u każini
  • Ġemgħat ta’ iktar minn 15-il ruħ mhux se jkunu permessibbli
  • Mit-28 ta’ Awwissu, it-tiġijiet kollha jridu jsiru kollha f’ambjent ta’ restorant
  • Il-maskri obbligatorji f’kull post pubbliku
  • Jekk tajt lift lil xi ħadd irrakkomandat tilbes il-maskra
  • Pajjiżi fuq il-lista oranġjo jridu jipprovdu ċertifikat negattiv ta’ Covid-19 biex jidħlu Malta
  • Se jsiru random tests fuq passiġġieri li jaslu Malta

Segwi dak li ntqal fil-konferenza tal-aħbarijiet minuta b’minuta:

11:57 Il-Professur tikkonferma li llum tħabbru 69 każ attiv ġdid b'hekk it-total ta' każijiet attivi f'Malta huwa ta' 607 każi.
Beppe Galea
11:55 Dwar ir-regoli fil-knejjes, il-Gvern għaddej b’diskussjoni mal-awtoritajiet ekleżjastiċi fosthom mal-Arċisqof Charles Scicluna, bil-Ministru Chris Fearne jgħid li sab kollaborazzjoni sħiħa mill-Knisja. Il-funerali se jibqgħu jsiru.
Beppe Galea
11:54 Ir-ristoranti jibqgħu bl-istess regoli li tħabbru fil-ġimgħat li għaddew.
Beppe Galea
11:53 Il-Professur qalet li l-liġijiet tal-kwarantina baqgħu fis-seħħ. Spjegat li mill-bidu tal-pandemija kien hemm 49,896 spezzjoni, 177 ċitazzjoni fuq nies li kienu f’kuntatt filwaqt li nħarġu 16-il ċitazzjoni ta’ persuni li kienu huma stess pożittivi.
Beppe Galea
11:49 Il-Ministru Fearne qal li l-Gvern jinsab f’kuntatt mas-CDC tal-Amerika u qal li l-esperjenza qed turi li l-ebda belt, reġjun jew pajjiż huma bħal xulxin. Spjega li kull post għandu l-partikolarijiet tiegħu u għaldaqstant tenna li l-awtoritajiet qed ikunu flessibbli. Qal li d-deċiżjonijiet qed jittieħdu skont l-evidenza.
Beppe Galea
11:47 M’hemmx każijiet li persuni rriżultaw pożittivi aktar minn darba. Il-Ministru Fearne qal li qed isiru follow-ups mal-pazjenti.
Beppe Galea
11:44 Mistoqsi dwar fejn jinsab il-Prim Ministru Robert Abela, il-MInistru Chris Fearne repetutament naqas milli jwieġeb u qal li din għandha titwieġeb minn ħaddieħor.
Beppe Galea
11:42 Dwar l-isports, il-Ministru Fearne qal li l-protokoll mal-MFA se jibqa’ fis-seħħ.
Beppe Galea
11:40 Il-Professur Charmaine Gauci qalet ġew ippreparati għadd ta' Avviżi Legali biex joħorġu mill-Att dwar Is-Saħħa mingħajr ma kien hemm għalfejn tiġi ddikjarata Emerġenza tas-Saħħa Pubblika.
Beppe Galea
11:39 Dwar l-istqarrijiet tal-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM), il-Ministru qal li ma tkunx xi ħaġa mixtieqa jekk dawn jagħmlu direttivi li jnaqqsu s-servizzi tas-saħħa. Staqrr li bil-miżuri li tħabbru llum għandu jifhem li din l-unjin tkun sodisfatta.
Beppe Galea
11:33 Fil-mistoqsijiet tal-ġurnalisti, il-Ministru Fearne iċċara li l-użu tal-maskra b'mod obbligatorju fil-pubbliku tapplika f'postijiet ġewwa u f'postijiet fuq barra fejn id-distanza soċjali ma tistax tinżamm.
Beppe Galea
11:29 Spjegat li nħass il-bżonn li jkun hemm aktar kontroll fuq dawn l-istabbilimenti ta' divertiment.
Beppe Galea
11:29 Hija spjegat li ma ddaħħlux miżuri ġodda fuq ristoranti u ħwienet tas-sbuħija għaliex ftit kien hemm każijiet minn dawn il-postijiet.
Beppe Galea
11:28 Il-Professur Charmaine Gauci qalet li l-miżuri li ddaħħlu llum huma proporzjonati ma' dak li qed jiġri fil-komunitajiet f'Malta.
Beppe Galea
11:25 Il-Ministru Chris Fearne jelenka l-miżuri bl-Ingliż.
Beppe Galea
11:24 Il-Ministru Chris Fearne spjega li l-ispirtu li bih ġew ippreżentati l-miżuri ħodda huwa biex kulħadd jieħu ħsieb ta' xulxin.
Beppe Galea
11:22 Mit-28 ta' Awwissu, it-tiġijiet se jsiru f'ambjent ta' ristorant jiġifieri bir-regola li bilfors isiru bilqiegħda, bl-ikel u x-xorb jiġi servut fuq il-mejda.
Beppe Galea
11:21 L-użu tal-maskra huwa rakkomandat ukoll jekk tkun fil-karozza ma' xi ħadd li mhux mill-istess familja.
Beppe Galea
11:20 L-użu obbligatorju tal-maskra se jidħol fis-seħħ minn nhar l-Erbgħa 19 ta' Awwissu fit-8am.
Ġo kull post pubbliku li huwa magħluq, il-maskri se jkunu obbligatorji. F'postijiet oħra barra, fejn id-distanza soċjali ma tistax tinżamm, l-użu tal-maskri huwa wkoll obbligatorju.
Beppe Galea
11:18 Jitwaqqfu l-boat parties minn nhar l-Erbgħa 19 ta' Awwissu fit-8am.
Beppe Galea
11:17 Il-Ministru Fearne ħabbar li se jingħalqu l-bars u n-nies jistgħu jiġu servuti biss jekk ikunu bilqiegħda. Xorb alkoħoliku jista' jiġi servut biss lil dawk li jkunu qiegħdin jieklu.
Bars u każini jistgħu joperaw biss jekk ikollhom ristorant.
Tidħol fis-seħħ minn nhar l-Erbgħa 19 ta' Awwissu fit-8am.
Beppe Galea
11:14 Listi ġodda ta' pajjiżi li minnhom jista' jsir vjaġġar lejn Malta. Lista tinkludi tliet kategoriji: Aħdar, Oranġju u Aħmar.
Fil-lista Oranġju jrid ikollhom Swab Test li jista' jkun sar sa 72 siegħa qabel.
Effettiva minn nhar il-Ġimgħa ta' 21 ta' Awwissu f'nofsilejl.
Kull ġimgħa tiġi riveduta u jingħata ħamest ijiem ċans minn meta tiġi ppubblikata.
Beppe Galea
11:13 Il-Ministru Fearne qal li l-miżuri tal-lum huma mmirati biex jitnaqqsu t-trasmissjoni fil-komunita filwaqt li anke biex titnaqqas l-importazzjoni tal-coronavirus minn pajjiżi oħra.
Beppe Galea
11:12 Żdiedu r-riżorsi fil-laboratorji anke permezz ta' aktar xjentisti. Żdiedu anke n-nies fid-dipartiment tal-Contact Tracing bil-Ministru Fearne jirringrazzja lill-professjonisti tas-saħħa.
Beppe Galea
11:11 Il-Ministeru għas-Saħħa żied ir-riżorsi fl-aħħar ġranet. Fil-Hotline 50-60 impjegat li qed jieħdu t-telefonati fuq il-111.
Beppe Galea
11:10 Il-Ministru Chris Fearne fakkar fl-istrateġija ta' "testing and tracing" u t-tieni strateġija li n-nies jibqgħu kemm jista' jkun 'il bogħod minn xulxin.
Beppe Galea
11:09 Il-konferenza tal-aħbarijiet tibda ftit minuti tard minħabba problemi tekniċi.
Beppe Galea
10:55 Bonġu! Ninsabu fil-Ministeru għas-Saħħa f’Palazzo Castellania, fil-Belt Valletta fejn fi ftit minuti oħra tibda l-konferenza tal-aħbarijiet dwar miżuri restrittivi ġodda f’Malta.
Beppe Galea

Ilbieraħ, il-Prim Ministru Robert Abela qal li llum se jitħabbru għadd ta’ miżuri restrittivi ġodda hekk kif il-Gvern riesaq biex jikkontrolla l-imxija tal-pandemija tal-Covid-19 f’Malta. Fl-aħħar ġranet l-għadd ta’ każijiet pożittivi żdied b’rata mgħaġġla tant li s-Sibt ġew irreġistrati numru rekord ta’ każijiet ġodda b’72 persuna jirriżultaw pożittivi.

Ilbieraħ ġew irreġistrati 63 każ ġdid ta’ Covid-19 biex it-total ta’ każijiet attivi f’Malta huwa ta’ 534.