Filmat: Jiffesteġġjaw mid-djar f’toroq ikkuluriti

Hekk kif l-imxija tal-coronavirus wasslet biex l-awtoritajiet tas-saħħa joħorġu direttivi biex kulħadd jibqa’ d-dar, għadd ta’ Maltin żammew l-ispirtu pożittiv u ħadu din l-opportunità biex jiffesteġjaw mid-djar tagħhom u żejnu t-toroq b’materjal ikkulurit.

Ir-residenti ta’ Triq Grossetto fis-Swatar u dawk ta’ Triq Patri Franġisk Grech żejnu t-toroq u fl-aħħar sigħat kellhom serata ta’ divertiment permezz ta’ mużika u bands.

Ir-residenti xirfu mill-gallarija biex igawdu dan li x’aktarx hu l-aktar mument soċjevoli fl-aħħar xahar. Uħud anke ħarġu l-banadar Maltin fil-gallarija.

Ritratti: Alexander Hili u Samantha Bray

Għidilna kif qed tqatta’ dawn il-ġranet fid-dar billi tibagħtilna r-ritratti u l-filmati fuq info@newsbook.com.mt

Triq Grossetto, Swatar
Triq Patri Frangisk Grech, Santa Venera

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn