Ritratti: Ferħ u mħabba fl-ajruport

Il-parteċipanti tal-Lifecycle Challenge 2017 waslu Malta llejla.

L-isfida ta’ din is-sena għamluha fil-Kenja u t-Tanzanija, fejn iċ-ċiklisti saqu bla heda minn Nairobi għal Dar El Salaam.
L-għan ta’ din l-isfida hija li jinġabru fondi b’risq dawk bi problemi fil-kliewi.
Ma’ Newsbook.com.mt Dennis Formosa, wieħed miċ-ċiklisti qal li din l-isfida kienet mimlija esperjenzi u opinjonijiet differenti hekk kif l-età tal-parteċipanti varjat bejn 23 u 70 sena.
Żied jgħid li għalkemm iltaqgħu ma’ diversi sfidi, fosthom ix-xemx, toroq imħarbta, ħsara fir-roti u nuqqas ta’ kumdità, il-ħsieb tal-pazjenti morda bil-kliewi, li għalihom saret din l-isfida, baqa’ jimmotivahom sal-aħħar.
 L-isponsor ewlieni għall-isfida ta’ din is-sena kien Foster Clark, li ta donazzjoni ta’ €25,000.
Dawn il-flus ingħataw lill-Università biex tissokta r-riċerka tagħha dwar mard fil-kliewi fost it-tfal.
Filmat u ritratti: Leon Xuereb