Filmat: Kull mexxej għandu jiftakar f’dan il-ġest ta’ Ġesù – l-Arċisqof

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=pb0V2_QyQhA]

L-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna qal li kull mexxej għandu jżomm f’moħħu l-ġest li għamel Ġesù u li tfakkar waqt il-Quddiesa tal-lum, dak tal-ħasil tas-saqajn.
Waqt il-Quddiesa tat-Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej bil-Ħasil tar-Riġlejn, l-Arċisqof Scicluna qal li l-bniedem irid jaċċetta l-ġest ta’ Ġesù. Żied jgħid li dan il-ġest ta’ servizz għandu jsir parti mill-istil tal-ħajja ta’ persuna.
Mons. Scicluna fakkar kif Xmun Pietru kien inħasad meta Ġesù beda jaħsel saqajn id-dixxipli tiegħu. Dan minħabba li fl-antik dan kien isir mill-iskjavi ta’ familja meta jkun ġej xi mistieden. Però, fi kliem Mons. Scicluna, Ġesù kien jaf eżatt x’inhu jagħmel. L-Arċisqof żied jgħid li llum, Ġesù qed jagħti dan il-ġest lill-bniedem b’konsenja.
Fi tmiem il‑Quddiesa, l-Arċisqof wassal is‑Sagrament Imqaddes fil‑Kappella tar‑Ripożizzjoni għall‑qima.
Iż-żgħażagħ u l-adolexxenti kienu ċentrali fiċ-ċelebrazzjoni tal-lum bit-tħejjija għas-Sinodu tal-Isqfijiet dwar iż-żgħażagħ, imsejjaħ mill-Papa Franġisku. Is-Sinodu se jsir f’Ottubru li ġej fil-Vatikan.
Filmat: L-Arċidjoċesi ta' Malta