Follow Up: Is-sħubija fi trejd unjin għandha ssir mandatorja?

Follow Up ta’ nhar il-Ġimgħa, 16 ta’ Novembru, 2018 bi preżentazzjoni ta’ Desmond Zammit Marmara’, se jiddiskuti l-proposta tal-General Workers’ Union li s-sħubija fi trejd unjin tal-għażla tal-ħaddiem issir mandatorja. Il-ħaddiema għandhom ikunu bilfors membri ta’ trejd unjin? X’inhuma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ dan?

Mistiednin: Josef Buġeja, Segretarju Ġenerali tal-GWU u Gejtu Vella, opinjonista u ex-uffiċjal ta’ trejd unjin.

Follow Up jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq RTK 103FM u Newsbook.com.mt fil-5pm.