Newshour: Is-CEO ta’ Facebook u l-kera tal-istudenti Għawdxin

Zuckerberg_University_2018

Illum fil-programm Newshour fuq RTK 103FM Fr Joe Borg jitkellem ma' Sylvana Debono li tinsab fil-Parlament Ewropew fi Brussell, fost l-oħrajn dwar il-laqgħa li saret ilbieraħ fil-Parlament Ewropew mal-Kap Eżekuttiv ta' Facebook Mark Zuckerberg.
L-istudenti Għawdxin f'Malta qed jaffaċċjaw problema bir-rati tal-kera li qed ikollhom iħallsu. Newsbook.com.mt tkellem ma' Jessica Said mill-Grupp Universitarji Għawdxin.
Lino Farrugia, Direttur tad-Drammi tkellem ma' Fr Joe Borg dwar l-iżviluppi li seħħew tul-is-snin li l-istazzjonijiet Maltin ilhom ixandru jew juru drammi bil-Malti. Lino Farrugia, direttur u protagonist f'din l-evoluzzjoni jitkellem mill-perspettiva tal-lenti tiegħu.
Newshour jixxandar kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn il-5pm u s-6pm fuq Newsbook.com.mt