FILMAT: Ir-residenti ta’ Ħal Balzan iridu s-siġar

Read in English.

Residenti minn Ħal Balzan u oħrajn li għandhom għal qalbhom l-ambjent attendew velja simbolika f’Ħal Balzan stess.

Dan dwar żewġ siġar fi Triq il-Wied f’Ħal Balzan li nqalgħu llum u li meqjusa ta’ valur simboliku minn xi residenti. Dawn għada se jitħawlu xi mkien ieħor.

Skont residenti li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt, residenta ppruvat tagħmel laqgħat kemm mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Balzan, kif ukoll ma’ Transport Malta. Il-Kunsill Lokali tahom appuntament għall-10 ta’ Lulju waqt il-laqgħa ta’ Kunsill li jmiss.

Fl-imejl tagħha kitbet li tixtieq tara dawn is-siġar salvati, waqt li staqsiet jekk it-toroq jitwessgħu jfissirx li ħa jiżdied il-limitu tal-veloċità tal-karozzi.

Fost ir-residenti preżenti kien hemm Marija Attard, Matthew Borg Cardona, il-Perit Simone Vella Lenicker u l-kunsillier Daniel Muscat.

Il-Kunsillier Daniel Muscat flimkien mar-residenti.