“Pajjiżna Full Up”: Robert Abela jitlob appoġġ lil Bernard Grech

Read in English.

Il-Prim Ministru Robert Abela jgħid li se jibqa’ jieħu pożizzjoni iebsa fuq l-immigrazzjoni għax din il-pożizzjoni biss ħadmet. Meta kien intervista fuq l-istazzjon One TV, Abela qal li l-Gvern ħa pożizzjoni tan-nofs, Malta ġie mfaħħra li kienet qed issalva n-nies iżda ma sabet l-ebda appoġġ.

Abela widdeb lil Grech biex ibiddel il-pożizzjoni tiegħu dwar il-pożizzjoni tiegħu li Malta tiflaħ iktar immigranti għax din il-pożizzjoni ma ħadmitx.

“Meta ħadna pożizjoni iebsa, dawruna dawra tond iżda pproteġejna lill-Maltin u l-Għawdxin,” stqarr Abela.

Huwa qal li tul Settembru ma daħal l-ebda immigranti rregolari u l-aħħar 38 immigranti li daħlu fis-sigħat li għaddew huma mill-Marokk u se jittieħdu lura pajjiżhom.

Huwa appella lil Grech li hu membru tas-soċjetà ċivili Repubblika u li kien appoġġjat mill-membru parlamentari Jason Azzopardi li ftit tax-xhur ilu fetħu kwerela fil-qorti kontra l-brigadier tal-AFM u kontrih fuq il-kwistjoni tal-immigrazzjoni, biex ibiddel ir-rotta tal-PN.

Il-Vouchers ħadmu

Il-Prim Ministru Robert Abela qal l- €45 miljun f’vouchers għenu jiġi ġġenerat l-konsum f’mument diffiċli bħalma għenu €30 miljun wage supplement tant li kontra l-birxa Ewropea, l-qgħad f’pajjiżna naqas b’0.4% hekk kif 1,000 persuna sabet impjieġ fl-aħħar ġimgħat.

Budget Pożittiv

Abela ħabbar li l-baġit għal 2021 se jkun wieħed pożittiv, tajjeb u jintona ma’ ċirkustanzi preżenti. Huwa qal li l-baġit se jkun immirat lejn is-setturi li jeħtieġu jiġu mwiżna bi prinċipji soċjali. Stqarr li hu kbur f’ruħ soċjalista tal-Partit Laburista.

Snowball Effect

Robert Abela qal li hu jixtieq idaħħal emendi fil-liġi elettorali biex tikber ir-rappreżentanza tan-nisa fil-parlament sa mill-elezzjoni ġenerali li jmiss. Huwa qal li dawn l-emendi għandhom l-għan li joħolqu effett valanga li jkabbar il-persentaġġ tan-nisa fil-Parlament.

“Jien ninnegozja mal-Griegi u kburi li Jien Malti”

Mistoqsi dwar id-dikjarazzjonji ta’ Grech li stqarr li hu jgħid li hu Grieg għax jistħi jgħid li hu Malti, l-Prim Ministru qal li l-ironija tal-ħajja riedet li propju tull l-aħħar summit tal-Unjoni Ewropea, hu bħala Prim Ministru Malti kien qed jinnegozja mal-Prim Ministru Grieg dwar is-sitwazzjoni tal-Immigrazzjoni fl-Unjoni Ewropea. Huwa qal li l-fatt li hu jħossu Malti u kburi li hu Malti għenu biex iżomm iebes għal kwistjoni tal-Immigrazzjoni u fl-aħħar xhur irnexxilu jinnegozja pakkett finanzjarju tajjeb għal pajjiżna.

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela intervistat minn Kylie Vella

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela intervistat minn Kylie Vella

Posted by Partit Laburista on Sunday, October 4, 2020