Filmat: “Il-Gvern mhux lest jikkonsulta” – Delia

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal l-istakeholders lesti jiġu fuq il-mejda, iżda l-Gvern biss mhux lest. Huwa qal dan meta kien qed isemmi l-proposti li ħareġ bihom il-PN matul l-aħħar ġimgħat tal-pandemija.

Adrian Delia qal li l-partit ħass li l-pajjiż jinsab f’salib it-toroq u għalhekk il-PN beda joħroġ il-proposti li suppost jagħmel il-Gvern. Qal li dan sar minħabba dmir moral li nħass li kellu jsir.

Il-Kap Nazzjonalista stqarr li fuq is-saħħa l-awtoritajiet ħadmu tajjeb iżda fuq l-ekonomija l-PN ma jafdax lill-Gvern. Spjega li kien għalhekk li huwa ltaqa mad-diversi setturi tas-soċjetà biex jiġbor mingħandhom il-kontribut u l-ideat u b’hekk tiġi ffurmata l-politika tal-partit.

Huwa qal li l-Ministru għall-Ekonomija kien insensittiv meta ma weġibx għall-mistoqsija ta’ kemm hawn nies f’Malta li itlfu l-impjieg fl-aħħar xahrejn. Qal li kull persuna li tilef ix-xogħol irid ikompli jgħix u jgħajjex lil familja tiegħu.

Dwar is-settur tas-saħħa, Delia qal li minflok li l-flus marru għand xi ħadd li ma nafuhx, il-Gvern seta’ investa fis-settur privat li qal li huwa b’saħħtu. Huwa saħaq li s-settur privat tas-saħħa m’għandu ikun f’kompetizzjoni mal-Gvern imma għandu jaħdem bi sħab mal-Gvern biex ninvestu fil-prodott lokali.

“Irridu Kummissarju li ma jħares lejn wiċċ ħadd”

Adrian Delia qal li l-PN irid li l-Kummissarju tal-Pulizija ma jħares lejn wiċċ ħadd. Qal li taħt Gvern Laburista diġà kien hemm 6 Kummissarji differenti. B’referenza għal Mario Tonna, Adrian Delia qal li applika għall-Kummissarju u huwa fuq probation.

Huwa fisser kif meta l-PN jitkellem dwar il-korruzzjoni u governanza tajba, jkun qed ifisser ukoll li jrid ġustizzja fejn iż-żgħir ikun protett kontra l-kbir. Saħaq li kulħadd għandu jingħata l-istess opportunità biex jirnexxi fin-negozju. Dan filwaqt li fisser li

Rifroma Kostituzzjonali

Dwar ir-ridorma Kostituzzjonali, Adrian Delia qal li l-Kostituzzjoni hi l-liġi primarja li tiddefendi liċ-ċittadini bid-drittijiet u prinċipji. Delia saħaq li l-Kostituzzjoni tara wkoll li ħadd ma jkollu saħħa eċċessiva li jkun jista’ “jara lil kulħadd dubbien”. Stqarr li fil-Kostituzzjoni għandu jkun hemm ukoll rispett lejn il-ġurnalisti li Delia qal li fl-aħħar xhur, ix-xogħol tagħhom kien imkasbar u saħansitra nqatlet ġurnalista.

Delia stqarr li l-mentalità tal-PL hu li juża’ l-istazzjon nazzjonali għall-gwadann politiku tiegħu iżda qal li l-Kostituzzjoni trid tiggarantixxi li l-istazzjon nazzjonali jintuża’ bl-aħjar mod għal kulħadd u mhux għal partit fil-Gvern.

Qal li ma jistax ikun hemm każijiet fejn l-Avukat Ġenerali mar jiddefendi lill-barranin flok lill-Maltin. Huwa semma l-eżempju ta’ m,eta l-Avukat Ġenerali ddefenda lil dawk li ħadu l-isptarijiet.