Filmat: Malta ma tirkuprax minn shutdown – Abela

Read in English.

Intervista mal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela

Intervista mal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela

Posted by Partit Laburista on Sunday, March 22, 2020

Malta ma tkunx tista’ tirkupra minn shutdown, skont il-PM Robert Abela.

Il-Mexxej Laburista qal dan waqt li kien qed jiġi intervistat fuq l-istazzjon tal-PL ONE.

“Jekk hemm bżonn li minn surplus immorru f’defiċit hekk se jsir,” qal Abela.

Abela qal li jawgura li Malta toħroġ minn dan iż-żmien iebes. Spjega li n-negozji għandhom bżonn l-appoġġ u li n-nies m’għandhomx jikkundannaw lin-negozji. Qal li hemm bżonn li n-negozji jinżammu ħajjin u li ma jintilfux impjiegi.

Abela ddeskriva l-pakkett ta’ għajnuna tal-Gvern bħala “ambizzjuż”. Qal li Malta qed tgħaddi minn żmien li qatt ma rat bħalu. Spjega li l-affarijiet jaf jinbidlu skont iċ-ċirkostanzi.

“Dak li kien ambizzjuż il-ġimgħa li għaddiet jista’ jkollok realità li rridu naġġustaw,” qal Abela. Qabbel iċ-ċirkostanzi li qed taffaċċja Malta bħala waħda ta’ gwerra.

Abela qal li l-pajjiż kien għaddej b’ritmu b’saħħtu fi Frar. Żied jgħid li s-sitwazzjoni li ħoloq il-coronavirus hija “xi ħaġa temporanja”. Qal li l-ekonomija u s-saħħa huma żewġ aspetti importanti li l-Gvern irid jieħu ħsieb.

Qal li dan huwa mument ta’ sfida nazzjonali u li n-nies għandhom jaħdmu flimkien. Spjega li dan huwa żmien ta’ sagrifiċċju u tbatija temporanja.

Abela attakka lill-Oppożizzjoni talli mhux qed tagħti l-appoġġ tagħha lill-Gvern. Madanakollu Abela ma aċċettax il-proposta tal-PN biex l-Oppożizzjoni tkun parti mill-grupp inter-ministerjali dwar il-coronavirus.

Abela qal li huwa diżappuntat lejn dawk in-nies li għażlu li jiltaqgħu fil-pubbliku. Però qal li huwa kuntent li l-maġġoranza tan-nies qed jobdi l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet.

Abela qal li Malta ma tkunx tista’ tirkupra jekk ikun hemm shutdown.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn