Filmat: Il-Gvern biddel il-kuntratt tal-isptarijiet waqt l-investigazzjoni – Delia

Read in English.

Programm specjali Net Live

Posted by Partit Nazzjonalista on Friday, May 1, 2020

Il-Kap tal-PN qal li l-Gvern biddel il-kuntratt tal-isptarijiet ma’ Steward waqt li kienet għaddejja investigazzjoni dwaru.

Adrian Delia qal dan waqt li kien qed jiġi intervistat fuq l-istazzjon NET tal-partit tiegħu.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li Malta trid taħdem biex titfassal strateġija għal wara li tgħaddi l-pandemija tal-coronavirus.

Delia tkellem dwar il-vot parlamentari tal-bieraħ fuq mozzjoni li ressaq il-PN biex jitħassar il-kuntratt ma’ Steward Healthcare. Akkuża lid-deputati tal-Gvern li huma ipokriti. Il-Gvern ikkritika lill-Oppożizzjoni talli ressqet din il-mozzjoni waqt li l-kuntratt qed jiġi investigat mill-Qrati. Delia qal li kien il-Gvern li biddel il-kuntratt u għamlu agħar waqt li kienet għaddejja l-istess investigazzjoni.

Fi tmiem l-intervista Delia nieda inizjattiva tal-PN biex jinxtegħel dawl blu fil-kazini tal-PN bħala ġest ta’ ringrazzjament lil dawk in-nies li qed jiġġieldu fl-isforz nazzjonali kontra l-coronavirus.