Filmat: Jekk tlestiet inkjesta f’xahar kif hemm oħrajn ilhom 3 snin? – Delia

Read in English.

Intervistat mill-gurnalist tal-Orizzont Matthew Charles Zammit

Posted by Adrian Delia on Saturday, June 6, 2020

Il-Kap tal-PN Adrian Delia qal li jekk il-Qorti lestiet inkjesta f’xahar ma jistax jifhem għalfejn hemm inkjesti li ilhom għaddejjin tliet snin.

Delia qal dan waqt li kien qed jiġi intervistat fuq l-istazzjon tal-partit tiegħu, NET TV.

Il-Kap Nazzjonalista kien qed jagħmel referenza għall-inkjesta maġisterjali li tlestiet u ġiet ippubblikata dwar l-imwiet tal-immigranti fil-baħar. Din l-inkjesta ma kinitx sabet provi li l-PM Robert Abela jew xi membri tal-AFM kienu ħatja ta’ omiċidju volontarju.

Delia qal li l-Gvern għandu xi jwieġeb. Qal ukoll li Robert Abela jrid jgħid jekk il-“patt imxajtan” għamlux hu jew jekk daħħlux fih xi ħadd.

Mistoqsi dwar id-distakk bejn il-PN u l-Partit Laburista li juru s-sondaġġi, Delia qal li jinterressaħ aktar minn numru ta’ persuni li tilfu l-impjieg tagħhom. Delia kkwota l-istatistika tal-NSO li tgħid li hemm kważi 11,000 bla xogħol. Ikkritika l-Gvern li qed jgħid li hemm 4,000 persuna.

Delia ġie mistoqsi wkoll dwar elezzjonijiet bikrija. Delia qal li l-PM għandu l-prerogattiva li jsejjaħ elezzjoni minn sitt ġimgħat sa sentejn oħra. Qal ukoll li partit irid inkun preparat għal elezzjoni jekk din tissejjaħ.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni faħħar il-ħidma tal-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u tas-Supretendent għas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci waqt il-pandemija tal-coronavirus. Ikkritika lill-PM Robert Abela talli skont hu ma ħax il-pandemija bis-serjetà.

Delia ġie intervistat mill-ġurnalist tal-Orizzont Matthew Charles Zammit.