Filmat: L-Oppożizzjoni se tintervjeni fil-ħatra tal-kummissarju meta jkun neċessarju – Delia

Read in English.

Intervistat mill-ġurnalist indipendenti Brian Hansford. 🇲🇹🖥

Intervistat mill-ġurnalist indipendenti Brian Hansford. 🇲🇹🖥

Posted by Adrian Delia on Saturday, May 23, 2020

Il-Kap tal-PN Adrian Delia qal li l-Oppożizzjoni se tintervjeni fil-proċess tal-ħatra tal-kummissarju meta tħoss li jkun neċessarju.

Delia qal dan waqt intervista li saret mill-ġurnalist tat-TVM Brian Hansford. L-intervista xxandret fuq l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista NET.

Delia tkellem dwar il-kummissarju l-ġdid tal-Pulizija. Staqsa kif jista’ jkun li l-kummissarju jkun fuq perjodu ta’ probation fl-ewwel xhur mill-ħatra. Qal li din hija pożizzjoni li tirrekjedi dixxiplina u li l-kandidat il-magħżul għandu jagħmel l-aħjar li jista’ mingħajr indħil. Qal li l-PN għandu tħassib dwar għalfejn il-Gvern qed jimponi perjodu ta’ probation.

Il-Kap tal-PN Adrian Delia qal li Malta għandha bżonn l-għajnuna tal-Unjoni Ewropea biex taffaċċja l-kriżi tal-immigrazzjoni fil-Mediterran.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni saħaq li l-immigranti fil-periklu għandhom jiġu offruti port sigur. Qal ukoll li ma jistgħux jitħallew abbord il-vapuri tal-Captain Morgan.

Ilbieraħ il-Gvern kera vapur ieħor tal-Captain Morgan biex iżomm fuqu l-immigranti fil-baħar. Dan huwa l-Bahari.

Saħaq li l-PN huwa kontra l-pushbacks peress li huma llegali u li jekk Malta tipparteċipa fihom ma tkunx tista’ tirċievi għajnuna mill-UE.

Qal li peress li s-sajf qed joqrob, Malta jaf taffaċċja aktar immigrant li jkunu qed jaħarbu mil-Libja. Qal li hemm bżonn intervent Ewropew u li l-gvern għandu jagħmel pressjoni biex Malta tirċievi l-għajnuna biex fost affarijiet oħra immigrant jkunu jistgħu jiġu rilokati lejn pajjiżi oħra tal-UE.