Filma: Abela bla kredibilità mal-Ewropa u qed juża r-ritaljazzjoni – Delia

Read in English.

Adrian Delia Intervistat

Posted by Adrian Delia on Saturday, May 9, 2020

Il-Kap tal-PN Adrian Delia qal li Robert Abela m’għandux il-krediblità li għandu bżonn biex jinnegozja mal-Ewropa dwar l-immigrazzjoni. Żied jgħid li Abela qed juża t-tattika tar-ritaljazzjoni u esprima dubji dwar kemm hi tattika effettiva.

Delia qal dan waqt li kien qed jiġi intervistat mill-ġurnalist tat-Times of Malta Keith Micallef.

Il-Kap Nazzjonalista qal li wieħed irid ikollu l-kredibilità u l-istatura biex imur l-Ewropa biex jikkonviniċi lill-istati membri l-oħra biex jgħinu lil Malta. Kien tal-opinjoni li t-tattika tal-persważjoni hi aħjar minn dik tar-ritaljazzjoni.

Delia staqsa jekk is-soluzzjoni tal-Gvern hix flotta sħiħa ta’ vapuri barra mill-kosta Maltija li jżommu l-immigranti fuqhom. Attakka lill-Gvern Laburista li għamel snin ikabbar il-popolazzjoni Maltija biex ikabbar l-eknomija u li issa spiċċa bla spazzju għal aktar nies.

Mistoqsi dwar il-każ tal-avukat Charles Mercieca, Delia qal li ma jatix konfort li fi ftit minuti prosekutur jinża’ l-kappell tiegħu u jidħol jaħdem għal xi ħadd li kien qed ifittex l-istess uffiċċju. Fi kliem Delia, il-ġustizzja mhux biss trid issir imma trid tidher li qed issir.

Dwar is-sitwazzjoni interna tal-PN, Delia qal li n-nies qed jaħdmu b’mod strutturat. Spjega li qed jinħolqu gruppi differenti ta’ nies li qed jiddiskutu temi speċifiċi.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li hija problema li l-PM Robert Abela qed jagħżel lil Joseph Muscat biex jikkonsulta miegħu. Fakkar li l-eks PM Muscat ġie ivvutat bħala l-aktar persuna korrott fid-dinja fl-2019.

Dwar is-sitwazzjoni tal-coronavirus, Delia qal li hemm mal-100,000 ħaddiem li ma jafux x’se jsir minnhom.