Follow Up: L-Arċisqof wara l-operazzjoni li saritlu fiċ-Ċilì

Fil-programm Follow Up illum mill-4:30 sas-6pm fuq RTK 103FM, il-preżentatriċi Sylvana DeBono titkellem b'mod esklussiv mal-Arċisqof Charles Scicluna li bħalissa qiegħed iċ-Ċilì f'missjoni li ġiet fdata lilu mill-Papa Franġisku. Kif jinsab wara li lbieraħ ħarġet l-aħbar li kellu jittieħed l-isptar? 
Se niddiskutu wkoll:
1. Ma' l-Inġinier Nicholas Sammut li huwa involut fit-twaqqif tal-Organizzazzjoni Xjentifika Internazzjonali; 
2. Ma' Richard Bilocca, il-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma dwar jekk Malta tlaħħaqx mad-domanda għall-ilma;
3. Ma' Dr Bernard Grech dwar l-aspetti legali madwar ir-rapport tal-Aġenzija Maltija kontra l-Ħasil tal-Flus; 
4. Ma' Kenneth Delia – il-Hospice Movement u l-attenzjoni lill-pazjenti; u fl-aħħar nett 
5. Ma' Dun Joe Farrugia, Psikologu dwar kif għandna nipproteġu lit-tfal mill-abbuż sesswali.