Filmat: L-Arċisqof jingħaqad mal-Papa għat-talba tal-Missierna

Read in English.

L-Arċisqof Charles Scicluna llum ingħaqad mal-Papa Franġisku u mexxejja nsara oħra, li f’nofsinhar inġabru spiritwalment u talbu t-talba tal-Missierna biex titwaqqaf il-pandemija tal-coronavirus.

Mons. Charles Scicluna offra din it-talba biex il-Mulej jeħlisna mill-pandemija u biex fid-dinja jsaltnu l-mogħdrija u l-għożża.

Jalla jsaltnu l-mogħdrija u l-għożża

F’nofsinhar, Newsbook.com.mt xandar live t-talb kontra l-pandemija tal-Covid-19 flimkien mal-Papa Franġisku f’nofsinhar.

Nhar il-Ħadd li għadda, il-Papa talab lill-Insara kollha biex jingħaqdu flimkien fit-talb hekk kif id-dinja kollha qed tiffaċċja din il-pandemija globali, fejn qal li jispera li “l-universalità tat-talb, il-kompassjoni u l-ħlewwa”, għandhom jgħinu biex jgħaqqdu lil kulħadd f’dan iż-żmien tant diffiċli. “Ejjew naħdmu biex nibqgħu magħquda. Ejjew noffru din l-għaqda tagħna għal dawk kollha li qed iħossuhom l-aktar waħedhom u għajjiena,” kompla jgħid.

Illum l-Erbgħa 25 ta’ Marzu hija l-festa tat-Tħabbir tat-Twelid ta’ Ġesù.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn