Filmat: Imxi pass pass l-itwal purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=5LdiA8tczK0]
[youtube https://www.youtube.com/watch?v=bn6PYSPjf6s]

Din is-sena, is-Soċjetà Mużikali Beland, ingħaqdu ma' RTK 103M u Newsbook.com.mt sabiex iwasslu l-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira f'xandira diretta miż-Żejtun.
Il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fiż-Żejtun kienet bdiet tiġi organizzata fl-1742, fejn kienet diġa' toħroġ mill-Knisja Parrokjali ddedikata lil Santa Katerina ta' Lixandra, Verġni u Martri. Fil-passat, din kienet ħafna aktar penitenzjali. Fil-fatt, sa l-aħħar gwerra, l-uniċi żewġ persunaġġi Bibliċi li kienu jieħdu sehem kienu Nikodemu u Ġużeppi ta' Arimatea.
Imbagħad, mill-1960 'l hawn, il-purċissjoni ħadet spinta u nbiddlet f'pagaent b'numru kbir ta' persunaġġi Bibliċi, ċenturjuni u suldati Rumani.
Illum, iż-Żejtun flimkien ma' Ħal Qormi huwa l-lokal li għandu l-akbar ammont ta' vari b'sett ta' tnax.
Din is-sena, din il-parroċċa se tkun qeda żżanżan bradella ġdida mal-vara l-kbira.