LIVE: Illejla l-kunċert One World: Together at Home

Read in English.

Illejla fid-9pm se jkun qed isir avveniment storiku bl-isem ta’ One World: Together At Home organizzat minn Pepsi flimkien ma’ Global Citizen. Dan il-kunċert qed isir bħala ringrazzjament lill-ħaddiema kollha tas-saħħa madwar id-dinja li jinsabu fuq quddiem fil-ġlieda kontra l-pandemija Covid-19.

Ix-xandira storika se tkun ippeżentata minn Jimmy Fallon, Jimmy Kimmel, Stephen Colbert u bosta katarrtri minn Sesame Street. Jingħaqdu magħhom se jkunu wħud mill-ikbar ismijiet fil-mużika u d-divertiment, fosthom Andrea Bocelli, Lady Gaga, Billie Eilish, Elton John, Priyanka Chopra Jonas, Lizzo, Chris Martin, Paul McCartney, Stevie Wonder, kif ukoll bosta mexxejja tad-dinja, atleti, attivisti, u nies minn kull qasam tal-ħajja.

L-avveniment tal-lejla ser jenfasizza u jirringrazzja lill-ħaddiema tal-kura tas-saħħa u lil dawk kollha fuq il-linji ta’ quddiem tal-ġlieda kontra l-pandemija COVID-19. Se jitlob ukoll individwi u korporazzjonijiet biex jieħdu azzjoni u għajnuna b’appoġġ għall-Fond ta’ Rispons għas-Solidarjetà COVID-19 tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.

Fil-bidu tal-avveniment, Pepsi qiegħda tgħin bil-fondi fl-isforzi għall-għarfien globali li jappoġġjaw din l-inizjattiva.

Il-kunċert virtwali li se jkun streamed live jappoġġja l-missjoni ta’ Global Citizens biex tippromwovi d-distanza soċjali u s-saħħa globali. L-involviment ta’ Pepsi jibni fuq il-ħidma li PepsiCo qed tagħmel biex tgħin lil dawk affettwati minn COVID-19, billi tinvesti $45 miljun globalment biex jitwassal ikel u riżorsi oħra lill-komunitajiet l-iktar affettwati. Bħala parti minn dan l-isforz, il-kumpanija qed tipprovdi fondi għal tagħmir protettiv għall-ħaddiema tal-kura tas-saħħa, servizzi ta’ ttestjar u skrining, u tinsab fil-proċess li tqassam aktar minn 50 miljun f’ikel nutrittiv lil popolazzjonijiet f’riskju.

It-tnedija ta’ dan l-avveniment se ssir illejla fid-9pm bi trasmissjni li mistennija tibqa’ għaddej għal sitt sigħat. Imbagħad se jkun hemm satejn oħra li jitwasslu għada l-Ħadd 19 ta’ April.

Għal aktar informazzjoni biex issegwi tista’ tidħol fis-sit globalcitizen.org/togetherathome.

PepsiCo hu mqqassam fis-suqminn Simonsd Farsons Cisk plc.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn