Follow Up: Il-vot 16, il-housing u l-mafkar ta’ Daphne x’għandhom komuni?

Dawn huma t-temi kollha li se jiġu diskussi llum waqt il-programm Follow Up, l-edizzjoni ta' nhar ta' Ġimgħa li jiġi ppreżent minn Norman Vella u Desmond Zammit Marmarà. 
Ix-Shadow  Cabinet  appuntat  minn  Dr  Adrian  Delia – għalfejn ħass li kellu jieħu dawn id-deċiżjonijiet? U wara nistaqsu: 
X'inhi l-pożizzjoni  tiegħu  bħala  Kap  tal-PN fuq l-Istrajk  tat-tobba; il-proposta  tal-mafkar  għal  Daphne  Caruana  Galizia  u  l-użu  tal-monumenti  għal  protesti  politiċi; il-vot  ta'  sittax  u  l-kwistjoni  dwar  l-età tal-kandidatura; u l-bini  ta'  684  social  housing  units.
Mistednin fl-istudjos:  Il-Perit  Daniel  Micallef,  President  Partit  Laburista u Mark  Anthony  Sammut,  President  Partit  Nazzjonalista.