Newsline: Veru li l-flus saru jiġu qabel in-nies?

Fl-ewwel parti tal-programm Newsline fuq RTK 103FM tal-lum is-Sibt 24 ta' frar, se niddiskutu il-kitbiet dwar il-kostituzzjoni minn Dr Giovanni Bonello, l-eks Imħallef fil-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem. Se nistaqsu: X’differenza tagħmel il-kostituzzjoni fil-ħajja tagħna? 

Fit-tieni parti mbagħad il-programm Newsline se jiddiskuti wkoll r-rapport tal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi u Kummissjoni Emigranti ma' Daniel Darmanin. Ngħixu f'soċjetà fejn qisu qatt mhu biżżejjed: in-nies għadhom jiġu stmati qabel il-flus?