Il-Qorti tiċħad il-ħelsien mill-arrest ta’ Yorgen Fenech mill-ġdid

Read in English.

Il-Qorti tal-Maġistrati llum ċaħdet mill-ġdid talba oħra għall-ħelsien mill-arrest sottomessa f’isem l-akkużat b’kompliċità fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, Yorgen Fenech.

X’ħareġ fil-Qorti llum?

  • Il-Qorti ċaħdet il-ħelsien mill-arrest ta’ Yorgen Fenech mill-ġdid
  • Il-Qorti tat diversi raġunijiet għaliex Fenech m’għandux jingħata l-ħelsien mill-arrest.
  • Il-Qorti rrifjutat it-talba tad-difiża għal referenza għall-Qorti Kostituzzjonali.
  • Il-Qorti qalet li hi ma tistax taħtar espert tal-Qorti biex jagħmel inventorju tad-data li qed tinġabar minn mobiles differenti.
14:41 Grazzi talli segwejtuna.
Nicole Borg
14:40 Is-smigħ li jmiss se jsiru fis-6 ta' Ottubru fl-10am.
Nicole Borg
14:36 Id-difiża staqsiet biex l-akkużat ikun preżenti. Il-Maġistrat Montebello qalet li idealment ikun preżenti.

Dr Mercieca qal li metodi simili għandhom ikunu adottati għall-apparat ta' Fenech.

Arnaud ikkjarifika li t-talba kienet biss għall-apparat ta' terzi persuni relatati mal-każ.
Nicole Borg
14:36 Il-partijiet imbagħad ikunu jridu jaqblu dwar liema kontenut jista' jitressaq bħala evidenza f'dawn il-proċedimenti.
Nicole Borg
14:34 Il-qorti awtorizzat l-espert biex jiltaqa' mal-prosekuzzjoni. Wara li l-informazzjoni tkun ikkupjata, din tiġi analizzata mill-prosekuzzjoni u d-difiża flimkien, fil-preżenza ta' espert tal-Qorti.
Nicole Borg
14:33 Kien deċiż li l-informazzjoni se titwera f'kamra speċifika u jgħażlu minn hemm.
Nicole Borg
14:32 Il-Qorti qalet li hi ma tistax taħtar espert tal-Qorti biex jagħmel inventorju tat-tip.
Nicole Borg
14:31 De Galea-Farrugia qal li hu konxju li qalb l-apparat li kien ikkonfiskat hemm ukoll mobile li hu ta' bint is-sieħba ta' Theuma.
Nicole Borg
14:29 Dr Mercieca qal li d-difiża qed tinsisti li tingħata aċċess għall-mobile b'mod sħiħ.
Nicole Borg
14:26 Dr Camilleri qalet li l-ewwel iridu jingħataw aċċess.

Dr Mercieca nnota li meta l-Europol ippreżentat l-evidenza relatata mal-mobile ta' Melvin Theuma, il-Europol tat aċċess għall-informazzjoni lill-partijiet kollha mingħajr ma sar filtering tal-informazzjoni. Qal li d-difiża aġixxiet b'mod professjonali u ma ressqitx evidenza li mhix relatata mal-każ.
Nicole Borg
14:26 Arnaud spjega l-idea tiegħu fid-dettall. Intant, it-tim tad-difiża qed jistenna l-opportunità li jitkellem.
Nicole Borg
14:24 Hu żied jgħid li permezz ta' eżerċizzji tat-tip, wieħed ikun jista' jissalvagwardja l-privatezza ta' terzi parti li mhux relatati mal-każ.
Nicole Borg
14:21 Arnaud jgħid li l-mobile ta' Fenech għandu fuqu ħafna informazzjoni, inkluż informazzjoni fuq it-tfal u l-familja tiegħu. Hu ssuġġerixxa li jinħatar espert biex iqassam id-data fuq il-moile. Hu rrefera għal każ tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet Umani simili għal dan il-każ.

Qal li wieħed jista' jissuġġerrixi keywords u l-informazzjoni tkun imqassma b'dan il-mod. Qal li alternattiva għal dan hija li espert tal-Qorti jipprepara rapport.
Nicole Borg
14:18 Il-Qorti rrifjutat it-talba tad-difiża għal referenza għall-Qorti Kostituzzjonali.
Nicole Borg
14:17 L-ersperti li ħarġu d-data se jkunu qed jixhdu fi proċedimenti futuri.
Nicole Borg
14:15 Il-Qorti qalet li d-difiża ma kkjarifikatx għal liema evidenza qed tirreferi.
Nicole Borg
14:11 Il-Maġistrat qalet li l-informazjoni ma tistax tkun mgħoddija għax bħalissa hija suġġetta għal investigazzjoni. u li mistennija tkun eżibita fil-Qorti.
Nicole Borg
14:07 Il-Qorti ntalbet sabiex titlob referenza mill-Qorti Kostituzzjonali biex tiddetermina jekk id-drittijiet fundamentali ta' Fenech kienux qed jinkisru.
Nicole Borg
14:06 Is-sessjoni fil-Qorti tal-lum tkompli issa.
Nicole Borg
13:55 Il-Qorti issa se tiddeċiedi fuq it-talba għar-referenza kostituzzjonali. Il-Qorti ssospendiet ruħha għal ftit ħin.
Nicole Borg
13:54 Il-Qorti tat diversi raġunijiet għaliex Fenech m'għandux jingħata l-ħelsien mill-arrest, inkluż:

– li l-akkużat ma jidhirx li kien qed jaġixxi waħdu,
– l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin,
– u persuni oħra li qed ikunu kkunsidrati bħala persuni ta' interess għall-pulizija,

fost raġunijiet oħra.
Nicole Borg
13:52 Il-Maġistrat qalet li li wieħed jirrifjuta l-ħelsien mill-arrest f'dan l-istadju ma jfissirx li l-prosekuzzjoni għandha dritt li twaqqaf l-investigazzjonijiet.

Il-Maġistrat insistiet li l-prosekuzzjoni għandha tmexxi l-investigazzjonijiet tagħha b'mod diliġenti u effiċjenti.
Nicole Borg
13:51 Il-Qorti qalet li hemm raġuni reali li jkun hemm tbagħbis ta' evidenza.
Nicole Borg
13:46 Il-Maġistrat Montebello nnotat li l-investigazzjonijiet għadhom attivi. Hi nnutat ukoll li kien hemm attentati ta' kollużjoni ma' terzi parti biex tinqered l-evidenza.
Nicole Borg
13:45 Semmiet kif kien hemm komplotti biex l-akkużat jaħrab mill-pajjiż u li Fenech kien arrestat hu u jipprova jaħrab mill-pajjiż fuq il-yacht tiegħu.
Nicole Borg
13:42 Il-Maġistrat Montebello taqra d-digriet b'mod rapidu.

Qalet li filwaqt li huwa veru li l-familja u n-negozju tiegħu jorbtuh Malta, il-biża' li hu jaħrab mhix waħda żgħira.
Nicole Borg
13:40 Il-Maġistrat tgħid li ma taqbilx mad-difiża meta tgħid li d-dritt għall-ħelsien ta' Fenech qed jinkiser.
Nicole Borg
13:39 Il-Qorti tagħmel referenza għall-ġuriprudenza fid-digriet tagħha.
Nicole Borg
13:36 Il-Qorti qieset it-tweġiba tal-Avukat Ġenerali bħala mhux ammessibbli fil-Qorti għax kienet sottomessa tard.
Nicole Borg
13:36 Il-Maġistrat se taqra d-digriet.
Nicole Borg
13:35 Dr Galea Farrugia jgħid li fit-tweġiba tiegħu ta' lista estensiva ta' raġunijiet għaliex is-suspettat m'għandux jingħata l-ħelsien mill-arrest.
Nicole Borg
13:35 Il-Maġistrat Montebello staqsiet jekk il-prosekuzzjoni għandhiex xi sottomissjonijiet x'tagħmel dwar il-ħelsien mill-arrest.
Nicole Borg
13:32 Dr Mercieca qal li l-pulizija kellhom il-mobile ta' Fenech mill-ewwel jum tal-investigazzjonijiet.

Il-prosekuzzjoni hija konxja li trid iġġib evidenza kemm favur kif ukoll kontra l-akkużat, insista Mercieca.

"Fenech qed jitlob għal xi ħaġa li hija propjetà tiegħu, u l-prosekuzzjoni mhux qed taċċetta li dawn isir," ikkonkluda Mercieca.
Nicole Borg
13:31 L-avukat qal li issa jaf ikun tard wisq biex id-difiża takkwista kopja tal-informazzjoni.

Dr Mercieca qal li mill-mistoqsijiet li saru u minn dak li ħareġ fil-midja lokali, il-prosekuzzjoni u l-parti ċivili għandha aċċess għal din l-informazzjoni.
Nicole Borg
13:29 Dr Mercieca jgħid li se jispjega għaliex talbu għal referenza. L-avukat qal li m'hemmx opportunitajiet ugwali. Ql li Fenech kien ilu jistaqsi għall-mobile tiegħu għal xhur.
Nicole Borg
13:28 Il-Maġistrat Montebello għamlet referenza għall-Qorti Kostituzzjonali. Staqsiet jekk il-partijiet jixtiequx jagħmlu xi sottomissjonijiet oħra.
Nicole Borg
13:27 Il-Qorti staqsiet lill-Ispettur tal-Pulizija dwar l-informazzjoni li nħarġet mill-apparat ta' Theuma. Arnaud qal li l-pulizija eżebiet il-files li sabet il-Europol, inkluż dawk mhux awtentiċi.
Nicole Borg
13:26 Il-Maġistrat Montebello tiskuża ruħha għall-ittardjar tal-bidu tas-sessjoni tal-lum.
Nicole Borg
13:25 Il-Maġistrat Rachel Montebelli tidħol fl-awla kważi siegħa wara li suppost beda s-smigħ tal-lum.
Nicole Borg
12:49 L-awla tinsab mimlija bin-nies, fosthom uċuh mhux daqshekk familjari. Qed nistennew il-bidu għas-smigħ tal-lum.

Intant, dawn huma wħud mill-punti ewlenin tas-smigħ tal-bieraħ:

– Yorgen Fenech, Joseph Muscat u Keith Schembri kellhom grupp bejniethom fuq WhatsApp.
– Fenech kien iddeskriva r-relazzjoni tiegħu ma' Muscat u Schembri bħal donnhom kienu aħwa.
– Muscat kien interrogat b'attenzjoni fil-kwartieri ġenerali tal-pulizija l-ġimgħa li għaddiet dwar l-allegazzjonijiet li għamel Fenech,
– Il-puliizja qed tinvestiga l-attentat ta' Fenech biex jimporta s-cyanide.
– Fenech ma wera "l-ebda rimors" waqt l-interrogazzjoni.
Nicole Borg
12:47 Is-suspettat bl-assassinju, Yorgen Fenech, jiddaħħal fl-awla. Ommu xxejjirlu.
Nicole Borg
12:46 L-Ispetturi Keith Arnaud u Kurt Zahra daħlu fl-awla, kif ukoll l-avukat Jason Azzopardi.
Nicole Borg
12:35 Preżenti fl-awla hawn il-familja tal-akkużat Yorgen Fenech.
Nicole Borg
12:29 Uffiċjal tal-Qorti informa lil dawk preżenti li s-smigħ se jkun pospost b'20 minuta. Jiġifieri, issa mistenni jibda fis-12.50pm minflok fin-12.30pm.
Nicole Borg
12:28 L-avukati Philip Galea Farrugia u Nadia Attard mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali jidħlu fl-awla.
Nicole Borg
12:23 Merħba għal dan il-blogg. Bħalissa ninsabu qed nirrappurtaw live minn awla 20.
Nicole Borg

Waqt is-smigħ tal-bieraħ, Fenech u t-tim legali tiegħu għamlu talba mill-ġdid għall-ħelsien mill-arrest. L-avukati argumentaw li d-drittijiet fundamentali ta’ Fenech kienu nkisru.

Il-Maġistrat Rachel Montebello qed tippresedi l-każ. Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispetturi Keith Arnaud u Kurt Zahra. L-avukati Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia qed jidhru f’isem il-familja. Intant, l-avukati Marion Camilleri, Gianluca Caruana Curran u Charles Mercieca qed jidhru f’isem Yorgen Fenech.