Filmat: Il-Pulizja b’rejd tad-droga fil-Blata l-Bajda

Il-Pulizija kkonfermaw li l-iskwadra ta’ kontra d-droga wettqet rejd fil-Blata l-Bajda. Triq Mountbatten kienet magħluqa għal xi ħin matul il-lejl peress li l-ħidma mill-Pulizija bdiet għall-ħabta tas-7.30pm f’residenza privata.

Ġurnalisti kienu fuq il-post b’filmati LIVE fuq is-sit Newsbook.com.mt.

Dehru persuni ħerġin arrestati minn dar f’din it-triq iżda l-Pulizija ma taw l-ebda dettalji.

F’dan ir-rejd intuża gass mill-Pulizija waqt li kienu deħlin jarrestaw il-persuni involuti. Fosthom kien hemm żewġt irġiel u mara arrestati.

Nies li jgħixu fl-akwati ntalbu jibqgħu ġewwa.

Fil-post kien hemm ukoll membri tal-Forzi Armati ta’ Malta kif ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili.

Fl-aħħar ġimgħat il-Pulizija wettqet diversi rejds f’residenzi oħra madwar Malta fosthom fil-Marsa, f’San Pawl il-Baħar, fil-Gżira u f’Birkirkara.

Il-Pulizija b’rejd fil-Marsa

Rejd droga: 7 arrestati f’San Pawl il-Baħar

Rejd fil-Gżira; 3 arrestati

Rejd f’Birkirara f’dar li fiha kien hemm tifel ta’ 8 snin