Filmat: Il-Professur Gauci bl-aħħar aġġornamenti dwar il-pandemija

Aġġornat 01:26 PM
COVID-19 - Media Briefing - 04-09-2020

COVID-19 - Media Briefing - 04-09-2020

Posted by saħħa on Friday, September 4, 2020

Read in English.

Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci tat ir-rendikont tagħha għal din il-ġimgħa dwar is-sitwazzjoni tal-pandemija tal-Covid-19 f’Malta. Il-konferenza sarer fil-Life Sciences Park.

X’sar magħruf illum?

  • 19-il każ ġdid u 37 persuna fiequ
  • Persuna waħda fl-ITU
  • It-total ta’ Swab Tests jinkludi dawk li jsiru fuq l-immigranti, kuntrarju għall-każijiet attivi fejn ma jiġux inklużi
  • L-iskejjel jew klassijiet jingħalqu skont iċ-ċirkostanza
  • Il-każijiet ta’ studenti u għalliema vulnerabbli jiġu studjat każ b’każ

Aqra x’intqal waqt il-konferenza minuta b’minuta:

13:21 Il-konferenza tal-aħbarijiet tiġi fi tmiema. Grazzi talli segwejtu Newsbook.com.mt.
Beppe Galea
13:19 L-Orrizzont jistaqsi dwar l-iskejjel post-sekondarji. Qalet li s-Sovrintendenza għandha kuntatt dirett ma' dawn l-iskejjel u l-mudelli qed jinħadmu skola bi skola u huma bbażati fuq il-linji gwida li nħarġu għall-iskejjel tal-primarja u sekondarja. Hija naqset milli tgħid is-suġġeriment tagħha dwar it-taħriġ online biex jiġu evitati l-problemi tad-distanza soċjali.
Beppe Galea
13:17 Ġurnalista mill-Malta Independent tistaqsi dwar jekk is-Swab Tests tal-immigranti hux qed jiġu inklużi fl-istatistika. Il-Professur qalet li t-total ta' testijiet jinkludu dawk li jsiru fil-laboratorju allura jinkludu wkoll it-testijiet tal-immigranti u t-testijiet li jerġgħu jsiru fuq persuni li jkunu diġa pożittivi.
Beppe Galea
13:15 Dwar it-trasport, il-Professur qalet li l-linji gwida jesiġu li ma jkunx hemm wisq taħlit ta' tfal differenti. Qalet li kuljum se jkun hemm l-istess tfal li se jkunu qed jaqbdu t-trasport allura jibqgħu fl-istess bubble. Spejgat li qed isir eserċizzju biex tfal li joqogħdu viċin l-iskola jmorru bil-mixi flok bit-trasport.
Beppe Galea
13:14 Qed isir taħriġ dwar kif jistgħu jitħaddmu l-proċeduri fl-isport abbażi tal-linji gwida li ħarġu.
Beppe Galea
13:13 Il-ġurnalista ta' TVM tistaqsi dwar il-miżuri li ttieħdu li se jolqtu studenti tal-Iskola Sport, dwar it-trasport għall-istudenti u dwar il-miżuri tal-bars u ristoranti.
Beppe Galea
13:12 MaltaToday tistaqsi dwar testijiet negattivi falzi. Qalet li Malta qed timxi skont il-pariri tal-ECDC fejn persuna tiġi rilaxxat mill-kwarantina b'din il-proċedura: 14-il ġurnata wara li jirriżulta pożittiv għall-coronavirus, isir Swab Test ieħor wara tliet ijiem mingħajr sintomi.
Beppe Galea
13:10 Il-linji gwida dwar l-iskejjel se jiġu implimentati mill-iskejjel u bħalissa kull skola qed taħdem biex timplimentahom.
Beppe Galea
13:09 Spjegat li l-liċenzja għal vaċċin toħroġ jekk wara diversi trails jiġi determinat li l-vaċċin ikun jaħdem, effikaċi u li tkun sigura.
Beppe Galea
13:08 Lovin Malta jistaqsi dwar il-vaċċin u reżistenza mill-pubbliku. Qalet li f'Malta ma hawnx lobbies kontra l-vaċċin iżda tul is-snin f'Malta kien hemm persuni li għamlu reżistenza li jieħdu l-vaċċin.
Beppe Galea
13:07 Qalet li fir-residenza San Vinċenz De Paul m'hemmx informazzjoni ta' każijiet ġodda.
Beppe Galea
13:05 "Kulħadd għandu l-maskri tiegħu" – il-professur terġa' tħeġġeġ għall-użu għaqli tal-maskri.
Beppe Galea
13:03 Il-Professur qalet li jista' jkun hemm xi każijiet fl-iskejjel peress li t-tfal u l-għalliema jkunu fil-komunita. Qalet li l-assessjar ta' kull każ se jibqa' jsir skont is-sintomi, ma' min ġie f'kuntatt u kemm kien fl-iskola waqt il-perjodu li kellu s-sintomi.
Spjegat li ċ-ċirkostanzi huma differenti skont l-iskola kif tkun.
Il-kwarantina se tingħata lil dawk il-persuni li jkunu ddikjarati bħala close contact.
Semmiet l-esperejnza minn pajjiżi oħra fejn ingħalqu klassijiet speċifiċi jew anki skejjel partikolari.
Beppe Galea
13:02 Net News jistaqsi dwar jekk jinstabu każijiet pożittivi fl-iskejjel, dwar maskri b'xejn għall-istudenti u dwar każijiet tal-immigranti.
Beppe Galea
13:00 One News jistaqsi dwar is-sitwazzjoni tal-pandemija u jistaqsi lill-Professur jekk in-numri hux qed jinżlu. Il-Professur qalet li qed noqorbu lejn l-istaġun tal-influwenza u għalhekk il-ħidma qed tkun iffukata biex jiġu missielta t-tnejn li huma.
Beppe Galea
12:58 Il-ġurnalista ta' Newsbook.com.mt tistaqsi dwar l-istudenti u l-għalliema vulnerabbli u jekk tissuġġerix l-online learning għal dawn l-istudenti. Il-Professur qalet li l-assessjar tat-tfal vulnerabbli qed issir każ b'każ mal-ġenituri. Fakkret kif b'koordinazzjoni mal-Ministeru għall-Edukazzjoni tneħħa l-obbligu biex it-tfal imorru l-iskola.
Beppe Galea
12:55 Qalet li hemm spetturi differenti fosthom mis-saħħa pubblika, il-Pulziija, il-gwardjani lokali u uffiċjali ta' Transport Malta li bħala parti mill-ħidma tagħhom huma fid-dmir li joħorġu l-multi.
Beppe Galea
12:55 Ġurnalist tat-Times of Malta jistaqsi dwar is-sitwazzjoni tal-ispezzjonijiet u l-multi. Fosthom hemm 167 citazzjoni lill-persuni li suppost kienu fil-kwarantina
Beppe Galea
12:55 Jibdew il-mistoqsijiet tal-ġurnalist.
Beppe Galea
12:54 Il-Professur tagħmel messaġġ bl-Ingliż.
Beppe Galea
12:52 Appellat lill-pubbliku biex jikkollabora mal-uffiċċju tagħha meta jsiru l-analiżi. Qalet li kien hemm nies li ma kkomunikawx mal-uffiċċju tas-saħħa pubblika jew agħar minn hekk kellhom atteġjament ħażin fil-konfront tal-impjegati tas-sovrintendenza tas-saħħa pubblika.
Beppe Galea
12:50 Fost aktar minn 200 swab test li saru fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta nstabu 4 każijiet pożittivi.
Beppe Galea
12:48 Fakkret fir-reviżjonijiet li saru fil-lista ta' pajjiżi biex mil-lejla l-passiġġieri ġejjin minnhom jintalbu testijiet ta' Swab Test. Dan huma Rumanija, Spanja (Barċellona, Girona u Madrid), Repubblika Ċeka u t-Tuneżija.
Il-Bulgarija tneħħiet mil-lista.
Beppe Galea
12:47 Il-Professur innutat li xi persuni qed jinżgħu l-maskra meta jiġu biex jitkellmu. Appellat biex il-maskra tibqa' tintlibes anke meta titkellem peress li qalet li hemm iktar ċans ta' kontaminazzjoni meta persuna titkellem.
Beppe Galea
12:46 Il-Professur qalet li hemm l-obbligu wkoll li jintlibsu l-maskri fuq it-trasport pubbliku, f'postijiet pubbliċi fuq ġewwa u f'diversi postijiet barra.
Beppe Galea
12:45 Il-miżuri tad-distanza soċjali ddaħħlu f'liġijiet u stqarret li qed isiru l-ispezzjonijiet fejn qed jinħarġu wkoll iċ-ċitazzjonijiet.
Beppe Galea
12:44 Il-kapaċita tat-testijiet ta' Swab Tests tibqa' tiżdied u anki t-testijiet li jsiru kuljum qed jiżdiedu. F'Għawdex ikun hemm madwar 150 test kuljum u dawn jittieħdu fil-laboratorju tal-Isptar Mater Dei biex jiġu analizzati.
Beppe Galea
12:43 Il-medja tal-etajiet tal-persuni pożittivi żdiedet ftit u issa hija ta' 39 sena.
Beppe Galea
12:42 Il-maġġoranza tal-każijiet huma fost persuni ta' bejn il-15- u l-54 sena.
Beppe Galea
12:41 Il-Professur Gauci qalet li persuna tiġi ddikjarata rikoverata wara li jsir Swab Test wara l-14-il ġurnata u ma jkollux sintomi għal tliet ijiem wara xulxin.
Beppe Galea
12:40 Żdiedu l-persuni fil-clusters tal-gatherings bil-Prof Gauci tħeġġeġ biex il-pubbliku jibqa' juża l-maskri, l-ħasil tal-idejn u tinżamm id-distanza fiżika bejn persuna u oħra.
Beppe Galea
12:38 Is-sitwazzjoni fl-isptarijiet:
1 fl-ITU
6 fl-Infectious Diseases Unit, f'Mater Dei
2 f'wards oħra f'Mater Dei
6 fl-isptar Boffa
14 fl-isptar St Thomas
8 fl-isptar Monte Karmeli
Beppe Galea
12:37 19-il każ pożittiv ġdid u 37 persuna jfiequ.
Beppe Galea
12:32 Il-Professur Charmaine Gauci tibda l-konferenza tal-aħbarijiet.
Beppe Galea
12:28 Il-waranofsinhar it-tajjeb. Newsbook.com.mt se jaġġornakom b'dak li qed jingħad fil-konferenza tal-aħbarijiet li se tibda dalwaqt.
Beppe Galea

L-Unjoni Ewropea qed tittama li tirċievi 30 miljun doża tal-vaċċin potenzjali kontra l-COVID-19 sa tmiem is-sena.