“L-affarijiet sejrin fid-direzzjoni li xtaqniehom imorru” – Il-PM dwar il-vaċċin

Read in English.

Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li “fil-qasam tal-pandemija, ftit tal-ġimgħat oħra se nibdew nara il-frott tal-ħidma tagħna.

Meta kien qed jitkellem f’attvità politika fl-Isla, Abela stqarr li “l-affarijiet jidher li sejrin fid-direzzjoni li xtaqniehom imorru.”

Huwa qal li l-Kummissjoni Ewropea tinsab f’kuntatt kontinwu mal-Gvern u l-aħħar aħbarijiet jidhru sbieħ kemm fl-effikaċità tal-vaċċin kif ukoll fid-distribuzzjoni tiegħu.

Il-messaġġ ta’ Abela l-ġimgħa li għaddiet
“Żammejna l-pandemija taħt kontroll” – il-PM Abela

Abela stqarr li “se jkollna iktar minn biżejjed dożi biex niżguraw li jkollna vaċċin għal kulħadd.”  Il-Prim Ministu nsista li Malta se jkun wieħed mill-ewwel pajjiżi li jirċievi l-vaċċin u mhux jistenna wara pajjiżi oħra.

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-Gvern tiegħu jrnexxilu jdawwar tendenza li ħakmet Gvern wieħed wara l-ieħor f’dawn l-aħħar 40 sena li fit-tieni leġislatura jibda sejjer lura.

“Nixtieq l-iżgħar kabinett fl-istorja ta’ Malta”

Abela qal li dan hu Gvern totalment differenti minn dak ta’ qablu. Huwa qal li dan hu l-Gvern li qed ikompli jiġġedded billi nfatam minn dak kollu li seta’ sar aħjar sa qabel Jannar ta’ din is-sena.  Abela stqarr li hu jixtieq ikollu l-aktar kabinett żagħżugħ fl-istorja ta’ Malta.

Huwa qal li f’nofs pandemija,l-qgħad li reġa’ nieżel għat-tieni ġimgħa fejn issa qiegħed fil-livell ta’ 3,049. Abela qal li mqabbel mal-ammistrazzjoni tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi, dan hu nofs l-anqas livell li qatt irreġistra mingħajr pandemija.

Il-Prim Ministru qal li din kienet ġimgħa li ġabet niket u ferħ magħha fejn semma’ t-telfa tas-Sindku ta’ Ħal Qormi Renald Falzon, li ddeskrivih bħala ħabib tiegħu u fuq in-naħa l-oħra tal-munita, ir-rebħa tat-tim Nazzjonali tal-futbol fuq Andorra, kif ukoll il-ftehim mal-Puttinu għal proġett t’appartamenti f’Londra billi l-Gvern se jgħaddi €5 miljun fuq il-konvenju.

“Meta tikkritikaw l-bejgħ tal-passaporti ftakkru fil-pazjenti li qed igawdu minn dawk il-flus”

Huwa qal li dawn il-flus wasslu mill-bejgħ tal-passaport u appella lil min qed jikkritika dan il-programm biex jiftakar f’dawk il-pazjenti li se jgawdu minn dan il-programm tal-Investiment.

Abela stqarr li qed jikkommetti ruħu li jbiddel il-liġi tad-divorzju biex il-liġi tinħall minn kull irbitt li qed iċċaħħad lill-persuni milli jingħataw ċans ieħor. Huwa qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni kkampanja bis-sħiħ kontra d-divorzju. Abela qal li għal daqstant Grech la jemmen fid-divorzju u lanqas fil-libertajiet ċivili.