Follow Up: Il-poplu Malti jaħseb b’moħħu jew kkundizzjonat bil-politika?

Fil-programm Follow Up tal-Ħamis 10 ta’ Jannar, nitkellmu dwar il-ħsieb ħieles f’pajjiżna. Il-poplu Malti jaħseb b’moħħu jew kkundizzjonat bil-politika? Iż-żgħażagħ huma liberi li jiffurmaw l-idejat tagħhom, jew malajr jinħakmu mill-politika partiġġjana? Għalfejn il-politika hija daqshekk importanti f’pajjiżna? Niddiskutu dawn il-mistoqsijiet mal-Professur Andrew Azzopardi, Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, opinjonista u preżentatur. Imexxi l-programm Dr George Vital Zammit.

Follow Up jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq RTK 103FM u Newsbook.com.mt fil-5pm.