Follow Up: Il-politiċi b’soluzzjoni għall-korruzzjoni fl-Isport

Waqt il-programm Follow Up tat-Tlieta 24 ta' April Dr Clifton Grima s-Segretarju Parlamentari għall-iSports u Ryan Callus, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Isport se jitkellmu dwar il-liġi qed tiġi diskussa bħalissa fil-Parlament. 
Nsegwu wkoll intervista ma' Dr Ramon Bonett Sladden mill-Life Network Foundation Malta dwar l-emendi fil-liġi tal-iffriżar tal-embrijuni, fl-isfond ta' kummenti li ta Dr Chris Fearne waqt il-programm In Depth. 
L-Ekonomista Prof Lino Briguglio jikkumenta dwar is-surplus ta’ kważi €437 miljun fl-2017. 
Follow Up jixxandar kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq RTK 103FM