Filmat: Baġit li ma jurix kif se nsiru sinjuri żgħar – Delia

Miguela Xuereb

Read in English.

Budget li jixhed Gvern bla pjan. Konferenza tal-ahbarijiet. #gvernblapjan

Budget li jixhed Gvern bla pjan. Nindirizza konferenza tal-aħbarijiet b'reazzjoni għad-diskors tal-budget. #gvernblapjan

Posted by Adrian Delia on Monday, October 14, 2019

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-Baġit ippreżentat mill-Gvern ma jurix lin-nies kif se jsiru sinjuri żgħar.

Delia qal dan waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-parlament.

“Sa ftit ġranet ilu kellna lkoll nsiru sinjuri żgħar. F’liema settur se nsiru sinjuri żgħar?” staqsa il-Kap tal-Oppożizzjoni.

Delia qal li l-Gvern mhu qed jipproponi xejn għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u li l-ambjent ma kienx prijorità.

“Bl-ebda mod m’hu qed jgħid kif se jtaffi l-problemi tat-tniġġiż fl-arja,” qal il-Kap tal-PN.

Dwar iż-żieda għall-għoli tal-ħajja, Delia qal li din lanqas tagħmel tajjeb għaż-żieda li kien hemm fil-prodotti tal-ikel.

Mistoqsi minn Newsbook.com.mt dwar jekk hemmx xi nies li ma ftakarx fihom il-Gvern f’dan il-baġit, Delia qal li l-Gvern ħalla barra nofs il-popolazzjoni tal-pajjiż – in-nisa. Qal li ma kienx hemm miżura waħda favur in-nisa u li d-diskrepanza bejn il-pagi tan-nisa u l-irġiel “ma ġiet indirizzata bl-ebda mod.”

Dwar l-edukazzjoni, Delia qal li mhux talli l-Gvern mhux qed jibni skola fis-sena imma li qed jipprova jimporta kontejner fil-ġimgħa.

Delia tkellem ukoll dwar Għawdex u qal li f’dan ir-rigward il-Gvern gideb. Spjega kif il-Gvern qal li qed jaħdem fuq il-fastferry meta fir-realtà t-tender ġie kkanċellat.

Dwar il-baġit in-ġenerali, Delia qal li ma jurix fejn irid isir it-tkabbir f’Malta. Qal ukoll li l-Gvern mhux qed jirrikonoxxi l-problemi li hemm. Saħaq li kien baġit li ma solva xejn mill-problemi li ħoloq il-Gvern stess.

“Xott mill-ideat u soluzzjonijiet ġodda,” qal Delia.

Fi stqarrija, il-Partit Laburista qal li “l-uniku ħaġa riċiklata llejla hija n-negattività tal-Oppożizzjoni.”

Filmat: Ippreżentat il-Baġit 2020