Għinu lil dawk li raw tnaqqis ta’ 50% fid-dħul – PN

Read in English.

Konferenza tal – Ahbarijiet

Konferenza tal-Aħbarijiet

Posted by Partit Nazzjonalista on Monday, March 30, 2020

Id-Deputat tal-PN Claudio Grech qal li l-għajnuna tal-Gvern għandha tingħata lil faxxa akbar ta’ nies, fosthom lil dawk li raw tnaqqis ta’ 50% fid-dħul tagħhom.

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-PN ħabbar għadd ta’ proposti fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-pandemija tal-COVID-19. Grech tenna wkoll l-appell tal-PN biex il-Gvern iraħħas il-kontijiet tad-dawl u tal-ilma b’50%.

Claudio Grech qal li hemm ħaddiema li ma ġewx affettwati b’mod dirett mill-COVID-19 imma li xorta qed jispiċċaw bla xogħol. Qal li l-Gvern għandu jagħti għajnuna lil dawk l-intrapriżi u self-employed li raw tnaqqis ta’ 50% fid-dħul tagħhom minħabba l-coronavirus.

Id-Deputat tal-PN Ivan Bartolo elenka għadd ta’ proposti oħra:

  • Moratorju ta’ sitt xhur fuq nies biex iħallsu l-kera
  • Li titnieda pjattaforma diġitali biex il-Fakultà tal-Benesseri tas-Soċjetà fl-Università ta’ Malta tagħti servizzi ta’ appoġġ bit-telefon jew b’mod onlajn
  • Programm għall-NGOs biex jgħinu lill-anzjani u lil dawk vulnerabbli
  • Inċentivi għall-għajnuna lill-foodbanks

Id-Deputat tal-PN Karl Gouder elenka proposti oħra:

  • Moratorju mill-banek ta’ sitt xhur fuq self ta’ proprjetà u buy to let
  • Grant ta’ darba għall-anzjani biex jixtru apparat elettroniku u konnessjoni tal-internet
  • Kampanja biex il-konsumaturi jkunu jafu l-prezzjijiet tal-prodotti essenzjali

Claudio Grech qal li l-PN huwa kontra miżuri ta’ kontroll tal-prezzijiet.

Grech appellla wkoll lill-Gvern biex ma jkunx hemm backtracking fuq miżuri. Qal li meta titħabbar miżura l-Gvern m’għandux ibiddilha. Qal li l-backtracking iħawwad lin-nies.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn