Filmat: Il-PN bi stedina lill-Gvern: “Lesti ngħaddu liġi għall-IT fil-Qorti”

Read in English.

Konferenza tal-Ahbarijiet

Konferenza tal-Ahbarijiet

Posted by Partit Nazzjonalista on Monday, May 25, 2020

Il-Partit Nazzjonalista appella lill-Gvern biex fis-sigħat li ġejjin jgħaddu l-liġijiet neċessarji għall-użu tal-infrastruttura tal-IT fil-Qrati.

Il-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ġustizzja Jason Azzopardi qal li l-Gvern għandu jieħu bis-serjeta l-kwistjoni tal-Qrati. Qal li l-Oppożizzjoni qed tiddikjara pubblikament li lesta tiltaqa’ biex jitressqu liġijiet b’emerġenza biex il-każijiet jibdew jinstemgħu b’mod virtwali.

Stqarr li b’dan ma jirregolaw il-ġbir u s-smiegħ għax-xhieda biex iċ-ċittadini ma jibqgħux jistennew li l-ġustizzja ssir magħhom.

Id-deputat Azzopardi qal li l-PN jaqbel perfettament mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kamra tal-Avukati li fihom jelenkaw il-miżuri li jistgħu jittieħdu biex il-kawżi jitkomplew.

Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li tkellem dwar id-differenza li s-sistema ġudizzjarja ġġib fil-ħajja tan-nies. Huwa semma każijiet ta’ aċċess u manteniment tal-ulied fejn il-ġenituri jitolbu rimedju mill-Qorti u għadhom jistennew ix-xhur sakemm il-ġustizzja terġa’ tirranka f’xogħlha. Huwa stqarr li hemm persuni li qed ibatu u għaldaqstant qal li l-Oppożizzjoni qed tappella lill-Gvern biex jirrimedja s-sitwazzjoni.

Id-deputat Ivan J. Bartolo tkellem dwar it-trasformazzjoni diġitali li hemm bżonn fil-Qorti. Huwa qal li t-teknoloġija hemm bżonn li tidħol fil-Qorti għaliex qal li s-servizz legali mhux marbut ma’ post partikolari imma jrid jasal għand in-nies. Stqarr li s-servizz legali hija proċedura li tista’ ssir permezz ta’ pjattaformi diġitali.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn