Filmat: Il-PN iħabbar miżuri soċjali minħabba l-impatt tal-pandemija

Read in English.

Il-Partit Nazzjonalista ħabbar għadd ta’ miżuri soċjali li huma mmirati li jgħinu direttament lin-nies

Fil-konferenza, il-Viċi Kap David Agius qal li hawn anzjani li waqfu jirċievu ċ-ċekkijiet tas-Sigurtà Soċjali għax sostna li hemm problema fis-sistema tal-IT. Qal li dawn il-persuni qed ibatu sforz tan-nuqqas tal-Gvern.

Fost il-miżuri mħabbrin illum, il-PN qal li hemm bżonn ta’:

  • inċentivi u miżuri biex ma jibqgħux jiddependu fuq il-benefiċċji jew fuq ir-reġistru tal-qgħad, u jsibu posthom lura fis-suq tax-xogħol.
  • għajnuniet diretti lill-persuni vulnerabbli, housing soċjali lil min ilu snin jitlob din l-għajnuna u ninvestu bil-kbir fl-edukazzjoni.
  • pensjonijiet xierqa u sostenibbli li jiżguraw li l-anzjani għixien diċenti u inizjattivi għall-kuntatt bi prekawzjoni fid-djar tal-anzjani u fl-isptarijiet.
  • b’mod konkret in-nisa jkunu fuq quddiemnett biex jissoktaw il-bidliet fis-soċjetà tagħna għall-aħjar.
  • intejbu l-kwalità tal-ħajja għall-persuni b’diżabbiltà jew b’mobbiltà mnaqqsa.
  • nistħarrġu u negħlbu kull ostaklu għas-suċċess fil-ħajja u fil-karriera tal-ġenerazzjonijiet li jmiss biex ikollna soċjetà aktar mobbli.
  • aktar investiment soċjali, nħajru u nħeġġu aktar organizzazzjonijiet komunitarji u volontarji, innovaturi soċjali u intrapriżi soċjali li jimpenjaw ruħhom f’attivitajiet kummerċjali u tan-negozju.

Il-PN reġa’ saħaq li l-Gvern għandu jraħħas il-kontijiet tad-dawl.

Id-deputat Nazzjonalista Clyde Puli tkellem dwar miżuri li jistgħu jżommu r-rata ta’ qgħad baxxa. Bħala l-kelliem tal-Oppożizzjoni għax-xogħol, Puli qal li huwa ltaqa’ ma’ diversi entitajiet biex tiġi ffurmata l-politika tal-PN.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn