Filmat: Estendu l-eko-kontribuzzjoni tad-dawl – PN

PN

Read in English.

Konferenza tal – Ahbarijiet

Konferenza tal – Ahbarijiet

Posted by Partit Nazzjonalista on Wednesday, April 1, 2020

Il-Partit Nazzjonalista appella lill-Gvern biex jestendi l-eko-kontribuzzjoni tat-tariffi tad-dawl għall-Maltin.

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Viċi Kap tal-PN David Agius qal li l-għajnuna li kien qed jgħati l-Gvern ġiet bl-iskossi.

Agius reġa’ tenna l-proposta tal-PN biex il-kontijiet tad-dawl jorħsu b’50%. Qal li dan itaffi parti mill-impatt negattiv tal-pandemija. Spjega li jekk trid Malta tkun tista’ tiffranka €86 miljun.

Agius appella wkoll lill-Gvern biex iraħħas il-prezzijiet tal-fuel. Qal li jekk trid Malta tista’ traħħas il-prezzijiet tad-diżil u tal-petrol b’30 ċenteżmu tal-ewro.

Agius qal li l-Gvern għandu jestendi l-eko-kontribuzzjoni tat-tariffi tad-dawl. Dan għaliex issa hemm aktar nies li qed jaħdmu d-dar u allura l-konsum jiżdied. Qal ukoll li l-Gvern għandu jagħti kontribuzzjoni ta’ darba peress li n-nies se jkunu qed jużaw aktar ilma meta jaħslu jdejhom aktar ta’ sikwit.

Id-Deputat tal-PN Robert Cutajar ikkritika l-u-turns li qed jagħmel il-Gvern b’rabta mal-miżuri dwar il-pandemija tal-coronavirus. Qal ukoll li mhux sew li għadd ta’ ħaddiema qed jiġu esklużi mill-għajnuna li qed joffri l-Gvern.

Id-Deputat tal-PN Edwin Vassallo qal li Robert Abela ġie kkwotat jgħid li m’għandux flus għal kulħadd. Appella lill-Gvern biex jara kemm se jiġi jiswa lill-pajjiż jekk ma jgħinx lin-nies issa.

David Agius qal li Malta tilfet il-kontroll tal-enerġija u li tiddetermina hi kemm ikun il-prezz iċ-ċittadini.

Cutajar qal ukoll li bħalissa jkun żmien ideali jekk il-wardens (uffiċjali tal-komunità) jgħinu lill-pulizija fl-infurzar tal-liġijiet.