Filmat: Il-vouchers jintbagħtu mill-ġimgħa d-dieħla; tista’ tuża aktar minn 2 f’kull kont

Read in English.

LIVE: Il-Ministru Schembri jagħti dettalji dwar il-vouchers għan-negozji

Posted by Newsbook.com.mt on Tuesday, June 30, 2020

Punti prinċipali

  • Is-sidien tan-negozji jridu jniżżlu app li biha jiscannjaw il-vouchers
  • 25,000 negozju se jibbenefikaw minn total ta’ €45 miljun
  • Minn għada se tintbagħat ittra lin-negozji eleġibbli
  • Il-ġimgħa d-dieħla l-Gvern se jispjega lill-konsumaturi kif jaħdmu l-vouchers
  • Is-sidien għandhom iżommu l-vouchers oriġinali
  • Wieħed jista’ juża aktar minn voucher wieħed f’kull kont

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet ġie spjegat li sidient li jkollom aktar minn negozju wieħed reġistrat fuq VAT number wieħed, dawn se jingħataw activation code fuq kull negozju.

Se jkun hemm spiża ta’ €1 biex negozju jirreġistra l-kont bankajru tiegħu mal-iskema. In-negozji jridu jehmżu ritratt tal-irċevuta tal-VAT ma’ kull voucher. Tħabbar li se jkun hemm helpline għall-użu tan-negozji f’każ li jiltaqgħu ma’ xi problema.

Il-Ministru Schembri qal li meta wieħed juża voucher ta’ €20, il-kont jrid ikun mill-inqas daqs il-valur tal-voucher. Jiġifieri jekk wieħed jingħata kont ta’ €15, wieħed ma jistax juża’ voucher.

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet intqal li l-vouchers se jibdew jintbagħtu għand in-nies il-ġimgħa d-dieħla.

Il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri enfasizza li l-konferenza tal-lum kienet intiża għan-negozji. Se tkun qed issir konferenza tal-aħbarijiet apposta għall-konsumaturi l-ġimgħa d-dieħla.

Waqt il-konferenza ntqal li kull persuna li għandha aktar minn 16-il sena f’Malta se tirċievi ħames vouchers – kollha b’valur ta’ €20-il wieħed. Erba’ minnhom jistgħu jintużaw f’ristoranti, lukandi, akkomodazzjoni turistika, u skejjel tal-bugħaddasa. L-aħħar voucher, li se jkun blu, jista’ jintuża f’dawk il-ħwienet li kellhom jgħalqu minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

Il-proċedura sabiex ikun attivat il-kont għall-vawċer tan-negozji għal dawk in-negozji li jirċievu l-ittra ta’ eliġibilità:

  1. Iżur  https://app.vouchersmimcol.com;
  2. Jirreġistra permezz ta’ e-mail address u password tal-għażla tiegħu;
  3. Jivvalida l-email address u jidħol fl-app;
  4. Jikteb in-numru tal-VAT (numri biss mingħajr spazji);
  5. Idaħħal il-kodiċi ta’ attivazzjoni XXXXXXX;
  6. Idaħħal id-dettalji tal-credit card li fiha jixtieq li jirċievi l-flus;
  7. Jikteb l-isem tal-ħanut ;
  8. Jagħfas sabiex il-kont ikun attivat.

Il-Kap Eżekuttiva ta’ MIMCOL Stanley Mifsud spjega li, f’każ li wieħed ikollu bżonn xi tip ta’ assistenza, wieħed jista’ jżied is-sit  www.vouchersmimcol.com jew iċempel fuq is-servizz t’għajnuna 80074950 jew permezz ta’ email fuq business@vouchersmimcol.com.