Il-Ministru Michael Falzon jitkellem dwar stejjer li jmissu l-qalb

Read in English.

Meta wieħed jitkellem ma’ politiku qisu jkollu impressjoni li l-politiku għandu qoxra iebsa, xejn ma jkiddu. Il-Ministru Michael Falzon waqt intervista fuq Newsbook Q&A ma’ Sylvana Debono wera kemm ministeri soċjali bħalma għandu hu jafu jagħsrulek qalbek. 

Jitkellem dwar il-care orders u l-addozzjonijiet, il-qasam tal-faqar u d-dritt għall-ħajja. Semma wkoll kif fl-imxija tal-COVID-19 kien hemm talba għall-għajnuna li ta l-Gvern minn 73 nazzjonalità differenti, inkluż Maltin. Jitkellem ukoll dwar soċjetà multikulturali li trid titgħallem tgħix flimkien. 

Newsbook Q&A ma’ Sylvana Debono, il-Ħamis 16 ta’ Lulju fl-4pm fuq 103 Malta’s Heart