Filmat: 33 ifiqu; l-ebda każ ġdid tal-coronavirus – Fearne

Covid-19 | Press Conference with Deputy Prime Minister and Minister for Health Chris Fearne and Prof Charmaine Gauci

Covid-19 | Press Conference with Deputy Prime Minister and Minister for Health Chris Fearne and Prof Charmaine Gauci

Posted by Health Promotion and Disease Prevention Directorate on Sunday, April 26, 2020

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li ġew rikoverati 33 persuna oħra mill-coronavirus. Qal ukoll li ma ġie reġistrat l-ebda każ ġdid tal-coronavirus.

Qal li r-rata ta’ trażmissjoni qed tonqos ukoll. Fearne qal li l-awtoritajiet tas-saħħa kienu għamluha ċara li l-għan ta’ Malta kien li jinżammu taħt kontroll il-każi ġodda li jfeġġu fil-pajjiż sabiex is-sistema tas-saħħa ma taqlax daqqa ta’ ħarta.

Fearne sostna li f’pajjiżi fejn illaxkaw il-miżuri, feġġet it-tieni mewġa. Qal li qed jassiguraw li t-tieni mewġa f’Malta jrid jara li tinżamm taħt kontroll. Qal li dan jiġri biss jekk il-pajjiż u l-poplu jimxu fuq il-pariri tax-xjenzati. Hu appella biex il-pubbliku jara li jibqa’ jsegwi l-miżuri li se jibqgħu fis-seħħ wara li se jiġu llaxkati xi miżuri.

Fearne sostna li se jibqa’ jkun hemm każijiet tal-virus fis-soċjetà. Għaldaqstant talab lill-pubbliku li jħoss xi sintomi sabiex iċempel fuq 111 u jagħmel it-testijiet kif hemm bżonn.

Min-naħa tagħha s-Superintendent għas-Saħħa Pubblika, Prof. Charmaine Gauci, qalet li s-sitwazzjoni li ħarġet mill-evalwazzjoni u r-riċkerka tas-sorveljanza. Spjegat li fil-bidu r-rata ta’ żieda ta’ każijiet bdiet tiżdied. Qalet li issa hawn sitwazzjoni li bil-mod il-mod qed jonqos u b’hekk il-pajjiż ġie f’rata ta’ plateu. Qalet li l-każijiet f’Malta kienu dawk ta’ 448 każ. Qalet li jista’ jkun li hawn każijiet oħrajn ta’ persuni li qiegħdin barra u mhux imorru għat-testing.

Qalet li bħalissa hawn 162 każi attivi ta’ coronavirus. Sostniet iżda li r-riċerka dwar kif wieħed jibni l-immunità tal-poplu għadha mhix lesta u b’hekk għadu mhux ċert kif dan isir.

Semmiet kif il-maġġorparti tal-każijiet kienu rġiel u l-etajiet komuni kienu ta’ persuni bejn 20 u 34 sena. Qalet li l-miżura ta’ protezzjoni ta’ persuni vulnerabbli tat il-frott hekk kif l-anzjani mhux qed ikunu daqshekk esposti. Qalet li l-aktar numru ta’ każijiet kienu ġejjin mit-Tramuntana tal-pajjiż.

Qalet li s’issa hawn 282 persuna li fiequ mill-virus. Qalet li veru li l-ammont ta’ każijiet li qed jinstabu huwa baxx, iżda l-moniteraġġ ma għandux jieqaf. Fakkret li l-awtoritajiet tas-saħħa qed jitgħallmu aktar dwar x’ġara f’pajjiż oħrajn u f’pandemiji oħrajn. Qalet li l-ħidma li saret trid tibqa’ għaddejja sabiex wieħed jgħeleb is-sitwazzjoni tas-second wave li jista’ jgħaddi minnha l-pajjiż.

Jistaqsu l-ġurnalisti…

Mistoqsi dwar jekk hux se jinfetħu l-iskejjel u ċ-childcare centre, il-Ministru Fearne qal li llum mhux se jkunu qed iħabbru l-ebda miżuri. Qal li dawn għadhom qed jiġu diskussi. Qal li iva jista’ jkun li fil-ġranet li ġejjin ikunu f’pożizzjoni li jħabbru l-miżuri.

Fearne qal li l-epidemija f’Malta għadha għaddejja. Hawn ‘il fuq minn 160 persuna li għadhom attivi u jista’ jkun hawn persuni oħrajn fil-komunità u jista’ jkun hemm oħrajn li għadha se toħroġilhom. Qal li għad jista’ jkun hemm każijiet oħrajn fil-ġranet u l-ġimgħat li ġejjin. Qal li huwa ċar li f’pajjiżi fejn il-miżuri rilaxxati kienu ta’ riskju kbir, il-każijiet reġgħu żiedu.

Mistoqsi dwar l-app, Fearne qal li dik li se tiddaħħal fil-jiem li ġejjin, hija waħda għall-użu personali fejn wieħed jista’ jdaħħal is-sintomi li ħass u l-app ittih dettalji dwar jekk hux f’riskju u għandux imur għat-testing jew le. Dwar l-app tal-contact tracing qal li qed issir riċerka sabiex jiġi assigurat li jekk il-gvern ikollu jmur għal din it-tip ta’ app ma tkunx waħda invażiva.

Mistoqsi dwa ril-community testing, Fearne qal li huma jixtiequ li t-testing ikompli u biex dan ikompli jsiru irid li jkun hemm il-konkorrenza tal-pubbliku. Fakkar kif kull min iħoss sintomi, anke jekk ikunu ħfief, imorru u jagħmlu t-test. Swabbing Centres se jibqgħu miftuħin u qal li jixtiequ li jżidu fin-numru tal-iswabs. Rigward jekk hux se jaqbdu sezzjonijiet tal-pubbliku, Fearne qal li dan mhux se jsir. Qal li meta jkun hemm rapid testing li jkun ta’ min joqgħod fuqu, is-sitwazzjoni tista’ tinbidel.

Fearne qal li l-mira tal-awtoritajiet tas-saħħa kien li l-pajjiż ma jispiċċax f’istwazzjoni fejn ikun hawn aktar pazjenti milli jistgħu jingħataw kura. Qal li kien hemm diversi sptarijiet f’pajjiżi oħrajn li ma setgħux ilaħħqu mal-persuni li ġew bżonn kura fl-isptar, fl-ITUs u użu tal-ventilators. Qal li dak jibqa’ t-tir tal-pajjiż. Qal li l-15-il jum jibda jgħodd minn meta t-r-rata ta’ trażmissjoni tkun baxxa tant li jekk ikollhom ifeġġu l-każijiet, meta jkunu jistgħu jlaħħqu magħhom. Qal li bħalissa jidher li l-pajjiż jinsab qrib li jibdew jgħoddu dawn il-15-il jum.

Fearne qal li l-istat ta’ kif jinsab il-pajjiż b’rabta mal-virus, huwa ħafna aħjar minn dak li kien prevvist li se jiġri. Minkejja dan appella mill-ġdid biex kulħadd jibqa’ jżomm id-dixxiplina.

Dwar l-immigranti, Fearne qal li l-każijiet li kienu pożittivi u li kienu iżolati dawk għaddielhom u ma baqgħux fi kwarantina. Qal li l-persuni l-oħrajn għadhom m’għaddewx l-14-il ġurnata minn mindu kien hemm każ pożittiv. Qal li issa l-immigranti li hemm ġewwa Ħal Far qed jiġu segregati biex mhux kull darba li jkun hemm każ wieħed iridu jerġgħu joqgħodu kwarantina mad-900 persuna.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn