Filmat: “Salvajna 60,000 impjieg” – Schembri

Il-Gvern salva aktar minn 60,000 impjieg skont il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri.

Schembri qal dan waqt li kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar il-miżuri ekonomiċi tal-Gvern.

Il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri fakkar fil-miżuri li diġà nieda l-Gvern. Iddeskriva l-pakkett li tħabbar fl-24 ta’ Marzu bħala “wieħed storiku”.

L-awtoritajiet qed jikkunsidraw jekk hux se jibdew iqisu abbużi minn xi skemi tal-Gvern bħala offiża kriminali.

Qal li kien hemm 30 applikazzjoni li ġew aċċettati dwar skemi ta’ teleworking.

Ministeru għall-Ekonomija

Mill-applikazzjonijiet 97% kienu ta’ kumpaniji f’Malta. L-ammont totali ta’ ħaddiema full-time li applikaw kien ta’ 52,703. Skont Schembri, il-Gvern salva aktar minn 60,000 impjieg.

Ministeru għall-Ekonomija
Ministeru għall-Ekonomija

Mistoqsi dwar l-Air Malta Schembri qal li l-Kap Eżekuttiv talab għal tnaqqis ta’ 70% tal-paga tiegħu biex itaffi s-sitwazzjoni.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn