Newshour: L-uġigħ ta’ ras ta’ Triq l-Imġarr u Ħondoq

Hondoq

Fil-programm Newshour tal-Ħamis 24 ta' Mejju Fr Joe Borg jitkellem ma' Fr Philip Larrey, li ftit ilu ppubblika ktieb bit-titlu Connected World dwar il-midja globali.
Nitkellmu wkoll ma' Corinne Borg, żagħżugħa ta' 20 sena mill-Qala li bdiet petizzjoni biex il-proġett ta' żvilupp f'Ħondoq ir-Rummien ma jiġix approvat. Sa issa l-petizzjoni għandha aktar minn 6,400 firma. Il-petizzjoni tista' tiġi ffirmata fuq Newsbook.com.mt 
Is-Sindku ta' Għajnsielem jitkellem dwar l-inċidenti regolari li qed jiġu kkawżati fi Triq l-Imġarr. Jgħid li Għajnsielem huwa mdawwar b'toroq arterjali u għalhekk qed issir pressjoni biex jiġu installati speed cameras tul it-triq. Newsbook.com.mt kien ippubblika statistika dwar l-inċidenti fi Triq l-Imġarr fl-aħħar 10 snin li ħarġet fil-Parlament.
Newshour jixxandar kuljum bejn il-5pm u s-6pm fuq RTK103FM