Filmat: “Rapport wara rapport ikomplu jikkundannaw lil Malta” – Delia

Il-Mexxej tal-Oppożizzjoni u kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li fi ftit snin il-Gvern irnexxielu jkasbar isem Malta. Huwa kien qed jitkellem waqt attività politika bit-tema Flimkien għal Pajjiżna fil-Mosta.

Delia semma kif il-Kunsill tal-Ewropa jrid li ssir inkjesta fuq Malta. Żied kif rapport wara ieħor ’qed jikkundannaw l-aġir tal-Gvern li ma jridx jaf‘. Delia semma kif il-Gvern qed jiskarta dak li qed jgħidu dawn ir-rapporti.

Delia qal li dawn se jkollhom konsegwenzi fuqn Malta fosthom dak li qal il-Kunsill tal-Ewropa, li dak li qed isir Malta mhux normali u demokratiku. Waqt li kkwota dak li qal ir-rapport, Delia semma li dak li qed jiġri f’Malta qed ipoġġi f’riskju lill-Membri tal-Unjoni Eworopea kollha.