Filmat: Il-mewt u l-qawmien mill-mewt ta’ Kristu jagħmlu sens illum?

Read in English.

Il-passjoni ta’ Kristu għandha xi tifsira għan-nies tal-lum li barra t-tbatija li dejjem hemm fil-ħajja issa għandhom it-tbatija li qed iġġib il-coronavirus?

Il-mewt ta’ Kristu tgħin b’xi mod lil min, madwar id-dinja, qed jitlef l-għeżież tiegħu? Il-qawmien mill-mewt ta’ Kristu joffri tama lil dawk li qed jitilfu kollox minħabba l-pandemija?


Ir-rakkont tal-passjoni skont San Ġwann li se jinqara llum jgħinna nsibu sens f’dak kollu li qed jiġri madwarna?


Dan u aktar f’edizzjoni speċjali ta’ Newsbook Hour illum il-Ġimgħa l-Kbira fuq 103 Malta’s Heart u Newsbook bejn l-10.00a.m. u l-11.00a.m.


Fr Joe Borg jiddiskuti mal-Isqof Mario Grech, Dr Anna Vella li taħdem mal-vittmi tad-droga u tal-prostituzzjoni u Carmen Zammit li studjat it-teoloġija b’enfasi fuq il-Vanġelu ta’ San Ġwann.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn