Filmat: Il-Maltin iridu jkunu diliġenti u dixxiplinati – Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ

Read in English.

Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ, il-Perit David Xuereb, wera l-fehma li l-ammont ta’ ġid li Malta se jirnexxilha tikseb mill-qasam internazzjonali jiddependi fuq kemm il-Maltin se jkunu diliġenti u dixxiplinati. 

Waqt intervista estensiva fuq Newsbook Q&A, il-Perit Xuereb qal li kollox jiddependi kemm in-negozji Maltin jirnexxilhom iwieġbu għall-isfidi b’intelliġenza u flessibbiltà. Min jaddatta jgħix, min le jfalli, qal il-Perit Xuereb hekk kif ukoll ikkummenta b’mod pożittiv għall-webinar li Newsbook.com.mt qed jorganizza għal nhar il-Ħamis 28 ta’ Mejju fl-10am.