Follow Up: Il-Kummissarju għat-tfal tispjega l-pożizzjoni tagħha

Il-Kummissarju għat-Tfal Pauline Miceli LIVE waqt il-programm Follow Up fuq RTK 103FM sabiex tispjega għalfejn ftit tal-jiem ilu qalet li hi favur l-iffriżar tal-embrijuni.
Jitkellem ukoll Dr Godfrey Farrugia, dwar il-blogg li kiteb għal Newsbook.com.mt li jġib it-titlu "Ejja ningħaqdu biex Malta tkun verament tagħna lkoll". 
Illum ħarġu r-Riżultati Finanzjarji 2017 għall-bank APS. Il-Kap Eżekuttiv u Chairman tal-bank jagħuna aktar dettalji għalfejn dan huwa importanti. 
Fit-tieni parti tal-programm insegwu intervista speċjali ma' persuna transgender dwar l-esperjenza li għaddiet minna. 
Fl-aħħar nett, Dr Ramon Bonnett Sladden jagħti r-reazzjoni tiegħu għal dak li qalet il-President aktar kmieni dalgħodu li jeħtieġ aktar żmien biex jiġu diskussi l-emendi fil-liġi tal-IVF.