Filmat: “Malta naqset fl-implimentazzjoni tal-liġi kontra l-ħasil ta’ flus”

Read in English.

Il-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja Vĕra Jourová qalet li f’Malta għad hawn nuqqas ta’ implimentazzjoni tad-direttiva Ewropea kontra l-ħasil ta’ flus.

Jourová spjegat li n-nuqqas ta’ komunikazzjoni mal-awtoritajiet Maltin wassluha biex tgħid li għad hemm vojt fl-implimentazzjoni tad-direttiva Ewropea.

Hija qalet dan waqt li kienet qed tindirizza konferenza tal-aħbarijiet f’Dar l-Ewropa fl-Uffiċini tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta.

Hija qalet li fil-jumejn li għandha Malta hija ltaqgħet u se tkompli tiltaqa’ ma’ diversi rappreżewntanti fl-oqsma kollha, kemm dawk leġislattivi kif ukoll regolatorji.

Spjegat li dalgħodu ltaqgħet mal-Ministru Helena Dalli u mal-Ministru Owen Bonnici, rappreżentanti tal-FIAU, mal-Kamra tal-Avukati u anki ma’ rappreżentanti tal-ġudikatura.

Qalet li għada fost il-laqgħat li se jkollha se tiltaqa’ mal-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna.

Saħqet li għada se tkompli b’aktar laqgħat mal-awtoritajiet kompetenti biex isir dan fosthom mal-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna

Għall-mistoqsijiet dwar il-bank Pilatus, il-Kummissarju Ewropew qalet li ma tafx biżżejjed informazzjoni dwar il-każ biex tikkumenta fid-dettal.

Dwar il-bejgħ taċ-ċittadinanza Ewropea, Jourova qalet li l-Kummissjoni Ewropea hija konsistenti. Qalet ukoll li hemm riservi li pajjiżi membri jbiegħu ċ-ċittadinanza u għalhekk qalet li l-pajjiżi ma jistgħux iħallu barranin jakwistaw iċ-ċittadinanza b’mod faċli filwaqt li qalet li s-sigurtà għandha tibqa’ prijorità.

Spjegat ukoll il-proċess li bih l-Ewropa tkun tista’ taġixxi kontra Malta. Qalet li dan isir biss jekk

Għall-mistoqsija dwar in-nuqqas ta’ regolamentazzjoni fil-crypto currency, Jourova qalet li kien għalhekk li l-Unjoni Ewropea ħolqot il-bażi legali fid-direttiva Ewropea kontra l-ħasil ta’ flus.

F’Mejju, Jourová kienet qalet li mistennija żżur Malta biex tara li tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-Aġenzija kontra l-ħasil tal-flus f’Malta, l-FIAU u biex tistħarreġ għaliex il-liġi kontra l-ħasil tal-flus ma daħlitx fiż-żmien stipulat.