Ritratti: Mons. Xuereb ordnat Isqof mill-Papa Franġisku

Illum saret il-Quddiesa li fiha Mons. Alfred Xuereb ġie ordnat Isqof mill-Papa Franġisku.
Mons. Alfred Xuereb, wieħed mis-saċerdoti tad-Djoċesi ta’ Għawdex, intagħżel mill-Papa sabiex isir Nunzju Appostoliku tal-Korea t’Isfel.
Fil-Bażilika ta’ San Pietru, il-Papa Franġisku qal li l-Isqfijiet għandhom jevitaw il-politika, in-negozju, u in-nies sinjuri.
Il-Papa qal ukoll li l-Isqfijiet għandhom jabbandunaw it-tentazzjoni li jsiru prinċpijiet. Huwa qal li għandhom ikunu disponibbli għall-qassisin tad-djoċesi tagħhom fl-istess ġurnata jew sal-ġurnata ta’ wara li tkun intalbet l-għajnuna tagħhom.
L-Isqfijiet il-ġodda huma Mons. Waldemar Stanislaw Sommertag mill-Polonja, Mons. Alfred Xuereb minn Malta, u Mons. Jose Avelino Bettencourt mill-Kanada.
F’Għawdex ilbieraħ inġabru għadd ta’ nies waqt Via Sagra Djoċesana fuq l-Għolja ta’ Għammar, immexxija minn Dun Gerard Buhagiar, sabiex isir talb speċjali għal Mons. Alfred Xuereb.
L-aħħar rwol li kien qed jaqdi Mons. Alfred Xuereb kien dak ta’ Prelat Segretarju Ġenerali fis-Segreterija għall-Ekonomija tas-Santa Sede.

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=i1Fh3AMreH4]

Ritratti: Reuters