Filmat: “Qabel kellna Gvern ħali u familji bil-għaqal” – Muscat

Pjazza Agatha Barbara, Ħal Tarxien Bis-sehem tal-Prim Ministru Joseph Muscat

Pjazza Agatha Barbara, Ħal TarxienBis-sehem tal-Prim Ministru Joseph Muscat

Posted by Partit Laburista on Tuesday, April 23, 2019

7.50PM: Muscat irrigrazzja lill-kandidati kollha li qed jipparteċipaw, 399 kandidat, 24% huma nisa u sostna li għadu mhux sodisfatt, iżda kważi d-doppju tan-numru ta’ nisa li kien hemm fl-aħħar elezzjoni. Sostna li mhux se jkun kuntent qabel li jkun hemm mill-inqas 50% tal-kandidaturi nisa. Qal li 2% tal-kandidati huma żgħażagħ.

7.42PM: Muscat sostna li hemm trend inkwetanti li turi li l-PN sar fil-verità parit reġjonali u mhux wieħed nazzjonali. Qal li l-PL dejjem mal-pajjiż kollu. Qal li fejn il-PN ma xtaqx li jsiru elezzjonijiet ma pprovdiex maġġoranza. Qal li kieku għall-PN ma jsirux elezzjonijiet fin-nofsinhar ta’ Malta, juri għaliex matul is-snin ħallew l-iħula jitfarrku. Muscat qal li ma jistax jifhem kif il-PN ma sabx kandidati wkoll għal Għawdex.

7.39PM: Il-Prim Ministru Joseph Muscat sostna li meta ppropona li l-elezzjonijiet tal-Kunsilli u tal-Parlament Ewropew isifru fl-istess żmien. Qal li l-PN kien sostna li kien hemm ħafna biki u insistew li se jimminaw id-demokrazija. Qal li lbieraħ għalqu n-nominazzjonijiet u l-ewwel ħaġa li kienet ċara kienet illi f’21 lokalità, jiġifieri terz minnhom, li kien għall-PN ma jsirux l-elezzjonijiet għax ippreżentaw eżatt numru ta’ kandidati li jkunu f’minoranza. Sostna li awtomatikament, li kieku l-PL ried, kienu jispiċċaw f’sitwazzjoni li ċertu kunsilli jispiċċaw għand il-PL mingħajr elezzjoni.

7.10PM: “Is-surplus huwa tan-nies, għax grazzi għalih ikun hemm żieda fil-benefiċċji, pagi, penzjonijiet,” qal Muscat.

7.05PM: Il-Prim Ministru qal li minn din is-sena wieħed qed jara programm ta’ investiment fit-toroq u fl-infrastruttura. Sostna li fl-2018, il-Gvern għamel l-ikbar nefqa fl-istorja fl-infrastruttura: toroq, binjiet, eċċ.

7.02PM: Muscat sostna li ma nistgħux inħarsu lejn is-sitwazzjoni daqs li kieku x-xemx telgħet fl-2013, madanakollu sabu defecit ta’ €250 miljun. “Konnha taħt il-baħar naraw kif ma nifgawx,” kompla jgħid. Sostna li minflok bata l-poplu minħabba governanza b’bosta nuqqasijiet fil-passat.

6.58PM: “Qabel kellna Gvern ħali u familji bil-għaqal, illum għandna Gvern bil-għaqal u familji bil-għaqal,” qal Muscat. Sostna li għal ħafna snin, minkejja l-wegħdiet kienu jsiru u x-xogħol ma jsirx, il-Gvern ma kienx jixtri l-mediċini u dejjem out-of-stock. Insista li Gvern Nazzjonalista kellu tmexxija ekonomika ħażina, sostna li jekk Gvern Laburista ħares bl-istess mod, iċ-childcare b’xejn ma kienx isir.

6.56PM: Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li din il-ġimgħa se twitti t-triq għal-bidu tal-kampanja elettorali l-Ħadd li ġej. Sostna li pajjiżna rreġistra surplus għal darboħra mhix kwistjoni biss ta’ numru jew tal-banek, imma tafettwa lil kull persuna li hawn fil-pajjiż. Qal li sa tlit snin ilu ħlief dejn u inkwiet fuq il-kontijiet ma kienx hawn, u llum nistgħu nitkellmu dwar xi ħaġa ġdida.

6.40PM: Ippreżentata l-mozzjoni tal-għan tal-Konferenza Ġenerali Annwali li telenka numru ta’ sfidi li għandu l-pajjiż. Fosthom li l-ġid ikun imqassam b’mod ekwu u jasal ukoll għand il-fqir u l-emarġinat.

Illum qed issir sessjoni tal-Konferenza Ġenerali Annwali tal-Partit Laburista. Fiha qed jitkellem il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat. Is-sessjoni hija bit-tema “Pajjiż li Miexi ‘L Quddiem”. L-avveniment qed isir f’Misraħ Agatha Barbara, f’Ħal Tarxien.