Il-Knisja lokali u l-Konċilju Vatikan it-Tieni fl-eqqel tad-diskussjoni

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=YMF7snn7LlY]Għas-70 sena anniversarju tagħha, l-Għaqda Studenti tat-Teoloġija (Għ.S.T) qed torganizza dibattitu dwar il-Knisja lokali u l-Konċilju Vatikan it-Tieni.
Dan id-dibattitu qed isir fis-Seminarju tal-Arċisqof fir-Rabat taħt il-patroċinju tal-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna.
Il-panel jikkonsisti mill-Vigarju Ġenerali Rev. Dr Joe Galea Curmi, Membru tal-MUSEUM Dr Pauline Dimech u l-Professur tal-Midja u l-Komunikazzjoni fi ħdan l-Università ta’ Malta Rev. Prof. Saviour Chircop.
Fid-diskussjoni l-kelliema se jitkellmu dwar l-interazzjoni tal-knisja lokali mal-Konċilju Vatikan it-Tieni.