Follow Up: Il-Knisja għandha dritt titkellem dwar il-Baġit?

Il-programm Follow Up tat-Tnejn 15 t’Ottubru 2018, jistaqsi: Xi trid il-Knisja mill-Baġit 2019? Nitkellmu dwar dan waqt intervista mal-Perit Daniel Darmanin mill-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi.

Wara, infakkru sena mill-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia fl-isfond tal-qagħda politika f’Malta. X’kellu xi jgħid dwar Malta il-ġurnalista ta’ fama internazzjonali John Sweeney waqt intervista ma’ Fr Joe Borg ftit tal-jiem ilu?

Follow Up jixxandar kuljum fil-5pm fuq RTK 103FM, illum bi preżentazzjoni ta’ Fr Joe Borg.