Follow Up: Il-Klawsura ħela ta’ ħin jew servizz?

Is-sorijiet tal-klawsura jiftħu l-bibien għal RTK 103FM u Newsbook.com.mt
Il-programm Follow Up tal-lum it-Tnejn 26 ta' Frar, se jitkellem ma' Madre Agnese Zammit mis-Sorijiet tal-Klawsura Sant'Ursula dwar il-vokazzjoni u s-servizz li jagħtu lis-soċjetà. 
Fl-ewwel parti tal-programm, Mons. Alfred Xuereb li għadu kif ġie mħabbar li se jsir Isqof u Nunzju għall-Korea t'Isfel, kif ukoll ma' Etienne Micallef is-Segretarju Ġenerali tal-Emergency Response and Rescue Corps li użaw drone biex isalvaw ħajja fil-jiem li għaddew fi Mġarr ix-Xini.