“Il-vapur tħalla jidħol fuq bażi umanitarja” – AFM

Dalgħodu fil-Qorti ħareġ li Malta ħalliet lill-vapur MV Lifeline jidħol Malta fuq bażi umanitarja u mhux għax riedet toffri post sigur biex fih jidħol il-vapur.

Il-Qorti dalgħodu semgħet ix-xhieda fil-każ tal-Kaptan Ġermaniż Claus-Peter Reisch. Fosthom kien il-Kurnell Clinton O’Neill il-Head of Operations tal-Forzi Armati ta’ Malta. Fix-xhieda tiegħu huwa sostna li għalkemm kienet saret talba mill-Kaptan biex jidħol Malta, l-Awtoritajiet Maltin kienu rrifjutaw li jħalluh jidħol u juża lil Malta bħala post sigur. Huwa nsista li l-bastiment itħalla jidħol biss fuq bażi umanitarja. Il-Kurnell irrakkonta kif l-Awtoritajiet Maltin ġew infurmati bil-bastiment fil-21 ta’ Ġunju. L-Awtoritajiet Taljani infurmaw dawk Maltin dwar il-fatt li huma kienu talbu lill-vapur jikkordina mal-Awtoritajiet Libjani, skont kif kien infurmat mill-Awtoritajiet Taljani, l-bastiment ma żammx mal-istruzzjonijiet li ngħata u minflokk beda jbaħħar lejn it-Tramuntana. O’Neill sostna li Malta ma kinitx l-ewwel Rescue Coordination Center u lanqas ma kienet qed tikkordina; għalhekk qal lill-Kaptan jagħmel kuntatt mal-Olanda, fejnu rreġistrat il-vapur.

Xehed ukoll Ivan Sammut li huwa nkarigat mir-Reġistru Malti tal-bastimenti. F’xhieda tiegħu, Sammut qal li skont ma kif infurmawhom l-Awtoritajiet Olandiżi l-bastiment huwa rreġistrat bħala pleasure boat f’yacht club privat. Huwa nsista li din ma tagħti l-ebda nazzjonalità lill-vapur u għalhekk Lifeline mhux suppost isalpa f’ibħra internazzjonali.  Fil-kontro-eżami Sammut ġie mistoqsi dwar iċ-ċertifikat tal-bastiment u dwar għalfejn il-vapur għandu n-numru ta’ Identità tas-Servizzi Mobbli Marittimi (MMSI) li huwa numru uniku li jingħata lill-bastimenti. Sammut spjega kif f’Malta dan in-numru jingħata lir-radju tad-dgħajsa, iżda ma wieġibx għalfejn dan inħareġ lil Lifeline fl-Olanda.

Il-każ se jkompli jinstema’ quddiem il-Maġistrat Joseph Mifsud nhar it-Tlieta, 10 ta’ Ġunju fil-11.

Numru ta’ attivisti kienu preżenti barra l-qorti bi strixxuni “aħna nsalvaw il-ħajjiet”.

Aqra x’ġara iktar kmieni fil-Qorti

Is-seduta li jmiss se ssir nhar l-10 ta’ Lulju f’11.

12:59 L-avukat Mifsud jinforma l-Qorti bit-talba tal-Kaptan biex ikun jista’ jmur fejn ommu ta’ 92 sena li tiddependi minnu għall-affarijiet amministrattivi għal ġimgħatejn f’Lulju.

12:52 Jkompli l-kontro-eżami ta’ Sammut mid-difiża fejn l-Avukat Mifsud qed jsaqsih jispjega kif inħarġulu dawn id-dokumenti l-Lifeline u kif qalu fl-ijmejls li l-bastiment mhux irreġistrat. Sammut saħaq li l-korrispendenza mal-Awtoritajiet li bdiet f’22 ta’ Ġunju. Huwa ġie mistoqsi dwar għalfejn inħarġet il-call radio sign u n-numru ta’ Identità tas-Servizzi Mobbli Marittimi mill-Olanda meta f’Malta għandek bżonn tirreġistra l-bastiment biex kemm il-call radio sign kif ukoll n-numru ta’ Identità tas-Servizzi Mobbli Marittimi jinħarġu la darba li l-bastiment ikun reġistrat. Huwa sostna wkoll li l-MMSI huwa biss in-numru tar-radio equipment tal-bastiment.

12:30 Il-Maġistrat Mifsud jhedded lill-avukat tad-difiża Cedric Mifsud li se jitfgħu l-barra mill-Awla, wara li l-avukat Mifsud saqsa lil Sammut jekk hux kapaċi jiddentifika liċ-ċertifikat Olandiż hux dak li qed jgħidu li hu.

Fil-kontro-eżami l-avukat Mifsud reġa’ saqsa dwar l-awtentiċità taċ-ċertifikat u jekk l-informazzjoni li hemmx fuqu wasalx għalxiex tfisser waħdu jew inkella kellux joqgħod fuq ħaddieħor.

Id-difiża talbet lil Sammut biex jispjega xi jfisser in-numru ta’ Identità tas-Servizzi Mobbli Marittimi (MMSI) u minn fejn inħareġ. Sammut għall-mistoqsija tal-avukat tad-difiża kif inħareġ dan in-numru lil Lifeline qal li r-risposta tinsab fil-korrispondenza. Sammut baqa’ jsostni li skont il-verifiki li saru il-vapur mhuwiex irreġistrat l-Olanda

12:17 Jmiss jixhed Ivan Sammut, minn Transport Malta, li huwa responsabbli mir-reġistru Malti tal-bastimenti. Huwa qal li l-bastiment MV Lifeline mhux fuq ir-reġistru ta’ Malta. Bħala reġistru f’Malta, Sammut qal li kellhom jitkellmu mar-reġistru tal-Olanda, huwa qal li l-vapur Lifeline ma kienx irreġistrat bħala “pleasure yacht” ġewwa yacht club fl-Olanda u din ma tati l-ebda nazzjonali. Sammut qal li vapur mingħajr reġistrazzjoni ma jistax isalpa f’ibħra internazzjonali. Fix-xhieda tiegħu, Sammut preżenta l-korrispondenza mal-Awtoritajiet Olandiżi.

Sammut saħaq li reġistrazzjoni tal-vapur mal-yacht club ma jagħti l-ebda nazzjonalità lill-vapur għall-mistoqsija li saret mill-prosekuzzjoni.

11:48 Issa jmiss jixhed il-Kurnell Clinton O’Neil, Head of Operations tal-Forzi Armati ta’ Malta. Huwa sar jaf bil-bastiment Lifeline kien qrib il-kosta tal-Libja fil-21 ta’ Ġunju. Fix-xhieda tiegħu qal li O’Neil qal li kien infurmat li Lifeline kien infurmat mit-Taljani biex jikkordinaw mal-Awtoritajiet Libjani, iżda dawn ma kellhomx kuntatt jew ma ħadux l-istruzzjonijiet u għalhekk ingħata l-istruzzjoni li jagħmel kuntatt mal-Awtoritajiet fejn kien irreġistrat il-bastiment.

22 ta’ Ġunju daħal fiż-żona ta’ salvataġġ ta’ Malta. Malta ġiet infurmata mit-Taljani. O’Neil qal li l-każ ma ttieħdiex f’idejn il-Maltin minħabba li Malta ma kinetx l-ewwel Rescue Coordination Centre.

O’Neil qal li l-vapur baqa’ tiela l-fuq bejn Malta u Lampedusa, huwa qal ħin minnhom li Reisch xtaq jidħol Malta, iżda l-Awtoritajiet Maltin qalu li ma kienux obbligati li jagħtuh port sigur. Huwa sostna li Malta baqgħet tagħti l-provisti għal tlieta, erbgħa darbiet, kemm kellu bżonn.

O’Neil qal li kemm il-darba tkellmu mal-Kaptan, iżda baqgħu jinsistu li “inutli jitlob place of safety f’Malta, għax dan ma setgħux jagħtulu.”

Wara l-istqarrija mill-Gvern, O’Neil qal li l-Awtoritajiet Maltin informaw l-kaptan li se jħalluh jidħol fuq bażi umanitarja u mhux għax iridu jtuh place of safety”.

Fix-xhieda tiegħu il-Kurnell qal li l-kommunikazzjoni saret permezz ta’ ejmejls; u saret talba lil Malta u l-Italja biex il-bastiment jingħata place of safety.

Fil-kontro-eżami ħareġ li Kurnell ma telgħux fuq il-bastiment (right of visit) għax iċ-ċertifikati tal-bastiment kienu għadhom qed jiġu vverfikati. Il-Kurnell ġie mistoqsi jekk kienux infurmati mill-Awtoritajiet Taljani x’kienu l-ewwel talbiet li saru mill-Kaptan. Il-Kurnell wieġeb li ma rax dan it-tip ta’ kommunikazzjoni. Il-Kurnell qal li ma jafx jekk telgħax l-immigranti qabel jew wara li nforma lil Ruma. L-avukat Mifsud, għad-difiża saqsih jekk jafx li huwa stenna lill-Awtoritajiet Libjani u dawn ma waslux. Dan wassal biex l-avukat Mifsud saqsa jekk jafx bil-kommunikazzjoni bejn il-Libja u l-bastiment.

Il-Kurnell qal li lanqas ma jaf dwar kommunikazzjoni li saret bejn l-IMO u l-bastiment fejn l-IMO qalu lill-bastiment li l-Awtoritajiet Libjani mhux jirrispondu għat-talbiet tal-Lifeline.

Meta mistoqsi dwar il-kumment li sar mill-Kurnell fil-konfront tal-Kaptan li dan “deher li webbes rasu u prova jidħol f’Malta’ meta talab għall-evakwazzjoni medika lejn Malta.”

Id-difiża staqsiet lill-Kurnell jekk jafx x’kienet is-sitwazzjoni abbord, jekk jafx għala d-deċiżjoni ittieħdet fuq bażi umanitarja, għal liema mistoqsijiet wieġeb li huwa jieħu l-istruzzjonijiet minn ta’ fuqu. Id-difiża saqsiet jekk il-brigadier tkellimx mal-Prim Ministru iżda O’Neil wieġeb li ma jafx.

11:47 Il-Kuntistabbli Karl Micallef preżenta ritratti bħala rapport quddiem il-Qorti fix-xhieda tiegħu.

11:44 Jibda jixhed is-Surġent Daniel Felice mid-Dipartiment tal-Immigrazzjoni, Lifeline daħal Malta għall-ewwel darba fl-10 ta’ Ġunju. L-aħħar port li kien fih, kien ta’ Ligata. Mistoqsi mid-difiża jekk kienx hemm irregolarità bħala bastiment, is-Surġent qal li huwa jaħdem biss mal-passiġġieri u mhux mal-bastiment.

11:41 Ninsabu fl-Awla 24 biex inkomplu nisimgħu l-każ tal-Kaptan. Il-Maġistrat laqa r-rikors li sar li l-ilma, il-fjuwil, ikel, eċċ ingħataw lid-dgħajsa sakkem din kienet taħt il-moniteraġġ tal-Pulizija.

Se jkompli jinstema l-każ tal-Kaptan tal-bastiment MV Lifeline, Claus-Peter Reisch, li ġimgħa ilu daħal fir-Rampa tal-Isla b’234 immigrant abbord.

Reisch, Ġermaniż ta’ 57 qed jidher quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud wara li ġie interrogat mill-Pulizija. Huwa qed jiġi akkużat li injora struzzjonijiet mill-awtoritajiet Taljani li jikkordinaw il-ħidmiet ta’ salvataġġ fil-Mediterran, li talbuh imur lura fil-Libja, li saq bastiment mhux reġistrat u li daħal bla permess fl-ibħra territorjali Maltin