Filmat: “Edward Scicluna jaqbel magħna dwar l-istat ekonomiku”

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt attività politika bit-tema Flimkien għal pajjiżna fil-każin tal-Partit Nazzjonalista f’Ta’ Xbiex qal li l-Ministru Scicluna ta raġun lill-Partit Nazzjonalista meta qal li Malta mhux ippreparata għall-iżvilupp li qed isir. Delia kompla li dan jikkonferma dak li ilu jgħid il-Partit Nazzjonalista għal dawn l-aħħar 18-il xahar.

Delia qal li l-Partit Laburista qal li l-Partit Nazzjonalista m’għandux biżżejjed kandidati kif ukoll li l-Partit Nazzjonalista qed jipprova jwaqqaf mitt elf persuna milli jivvutaw. Żied li l-Partit Nazzjonalista għandu fiduċja fil-Kunsilli Lokali u dan jikkontrasta mal-Partit Laburista.

Delia semma li hu qed jiltaqa’ ma’ diversi entitajiet fosthom il-Malta Business Bureau fejn flimkien idduskutew il-futur tan-negozju f’Malta. Delia qal li l-Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Popolari Ewropew iffukaw biex jiddefendu n-negozji. Kompla li hemm bżonn wieħed jegħleb l-isfidi ewlenin tan-negozji speċjalment dawk online.

Delia kkonkluda li PN jaf li qed jaħdem biex tissaħħaħ l-Oppożizzjoni u jibda joffri proposti konkreti u għalhekk jibda jirbaħ ir-rispett tan-nies li dan ma ġġibux mil-lum għal għada.

Ta’ Xbiex kien se jkun wieħed mil-lokalitajiet li ma jivvutax – PL

F’reazzjoni għad-diskors ta’ adrian Delia, l-Partit Laburista qal li, li kieku l-Partit Laburista ma kellux iktar kandidati milli jeħtieġ, din il-lokalità ma kinetx tivvota fl-elezzjonijiet li ġejjin. Il-Partit Laburista qal li kien għalhekk li l-Partit Nazzjonalsita bbaża d-diskors tiegħu fuq ‘argumenti bl-addoċċ u mingħajr ħsieb’.

Ara: Filmat: Xorta oħorġu vvutaw għall-Kunsilli – Muscat