Filmat: Il-Kap tal-Oppożizzjoni b’tim ta’ azzjoni kontra l-Covid-19

Read in English.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech waqqaf tim ta’ azzjoni biex iħejji pjan biex jagħtu direzzjoni u tama lin-nies fir-rigward tal-pandemija, issa li din il-ġimgħa ntlaħqu rekords ġodda ta’ każijiet.

Il-Kap akkuża lill-Prim Ministru Robert Abela u lill-Gvern inkompetenti f’dan ir-rigward u ħareġ bl-idea ta’ tim ta’ azzjoni sabiex ipatti għal din l-inkompetenza.

It-tim jinkludi lill-Membri Parlamentari Claudio Grech, Claudette Buttigieg, Clyde Puli, Stephen Spiteri u Maria Deguara.

Illum tħabbru 122 każ ġdid ta’ coronavirus, l-akbar għadd ta’ każijiet mill-bidu tal-pandemija s’issa.

Id-dettalji fuq il-każijiet tal-lum
Filmat: Rekord ġdid ta’ każijiet: 122